Waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ issir il-wegħda bejn il-koppja li jkunu fidili lejn xulxin f’kull moment ta’ ħajjithom, li jħobbu u jirrispettaw lil xulxin tul ħajjithom kollha.
Din l-istess wegħda wieħed jista’ jfissirha b’dan il-mod. Inwegħdek li
- Ngħinek tħobb il-ħajja;
- Li dejjem inżommok fl-għożża;
- Li l-paċenzja ma tonqos qatt għax hekk tfisser “tħobb”;
- Li nitkellem meta hemm bżonn;
- Li niskot meta hemm bżonn;
- Li naqblu li nistgħu ma naqblux;
- Li s-sħana ta’ qalbek tkun “id-dar”;
Nawgura lil koppji miżżewwġa jgħixu din il-wegħda.
Dun Charles Attard