Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani

Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani

Nota

  • Fetħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet tħejjija għas-Sagrament taż-Żwieġ Nisrani Settembru/Ottubru 2026.


    Huwa suġġerit li koppja tattendi għal dan il-kors ta’ l-inqas sentejn qabel id-data taż-żwieġ, anke jekk il-koppja m’għandiex data taż-żwieġ.


  • Koppja għarajjes li qed tippjana li tiżżewweġ bil-knisja għandha tattendi l-Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani. Dan għandu jsir preferibilment sentejn qabel id-data taż-żwieġ.

    Fl-aħħar tal-kors, kull koppja tingħata ċertifikat li irid jiġi ippreżentat meta l-koppja tibda l-proċess tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ.

    Il-korsijiet isiru tliet darbiet f’ sena; f’Jannar, f’April u f’Ottubru u jikkonsistu minn għaxar laqgħat, waħda kull ġimgħa. Tista’ tara l-lista tal-korsijiet hawnhekk.

    Wara l-Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ, il-koppja għandha wkoll tattendi dak li jissejjaħ Tħejija Immedjata għaż-Żwieġ. Dan ikun organizzat mill-parroċċa.

    Fit-tmiem ta’ dawn il-laqgħat, il-koppja tingħata ċertifikat ieħor li wkoll irid jiġi ppreżentat mal-ewwel ċertifikat.