Fi ħdan il-Moviment ta’ Kana nsibu l-grupp għall-koppji Jien Magħkom Dejjem. Fil-grupp jiltaqgħu speċjalment koppji miżżewġin ġodda u koppji li għadom irabbu, iżda fl-aħħar mill-aħħar kull koppja fi kwalunkwe stadju tal-ħajja miżżewġa tista’ tattendi.
L-għan tal-grupp hu li jgħin lill-koppji jafrontaw aħjar il-ħajja miżżewġa fiż-żmienijiet tal-llum. Dan isir permezz ta’ laqgħat formattivi, diskussjonitiet u ‘sharing’ ta’ esperjenzi. Il-laqgħat isiru ta’ kull xahar, il-Ħadd filgħodu ġewwa d-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi. Isiru wkoll day seminars, live-ins u attivitajiet oħra soċjali. Jiġi provdut ukoll child minding.
Għal aktar infromazzjoni tista’ tara l-pagna ta’ facebook jew tikkuntajana fuq in-numru 99256643.