X’inhu l-għan tagħna?
L-għan tal-Group 85 huwa li joffri sapport lil:

  • dawk li jinsabu waħedhom
  • dawk li ma għandhomx ħbieb
  • dawk li ma għandomx familjari
  • dawk li ma għandhomx attivitajiet fil-weekend

Attivitajiet
Dan is-Support Group jorganizza diversi attivitajiet bħal pizza nights, afternoon teas u birthday evenings. Attivitajiet oħra jkunu organizzati biex niċċelebraw il-festi bħal Carnival Dinner Dances, Valentine’s Day, Easter Dinner Dances, Mother’s Day u Father’s Day, Christmas Parties u Dinner Dances.

Aħna niltaqgħu regolarment
Il-grupp tagħna jiltaqgħa kull nhar ta’ Ġimgħa ġewwa Cana House in 21 Mall Str., Floriana. Matul dawn il-laqgħat ikollna diskussjonijiet varji fejn anke nistiednu kelliema li jkellmuna fuq affarijiet differenti u kif ukoll norganizzaw mumenti ta’ talb. L-attivitatjiet imbgħad ikunu organizzati nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd.

Interessat?
Jekk tixtieq issir taf iktar dwar dan il-grupp jew tixtieq tingħaqad magħna nħeġġuk iċċempel kana fuq 2223 8000.