“Inkunu xhieda ħajja tal-imħabba t’Alla meta ngħixu s-sejħa tagħna fiż-żwieġ”.
Din hija s-sejħa tal-Gruppi Familji Nsara fi ħdan il-Moviment Ta’ Kana.
Imwaqqfa fl-1971, il-Gruppi Familji Nsara jinsabu kważi f’kull parroċċa u joffru mixja ta’ formazzjoni spiritwali mibnija fuq il-bżonnijiet u r-rejaltajiet tal-familja llum.
Fil-laqħa ta’ kull xahar il-Grupp jesplora tema partikolari kif imfassla fuq il-ktieb SKEMI, u kif il-kelma ta’ Alla ddawalna f’dik iċ-ċirkustanza. SKEMI jkun ippubblikat kull sena, dejjem b’suġġetti ta’ laqgħat differenti mmirati għall-familja u l-ħajja miżżewġa.
Il-Gruppi huma affiljati bħala membri fl-ICCFM, l-International Confederation of Christian Family Movements. Fl-2015 saret żjara mill-Koppja President Mondjali u l-Koppja President Ewropeja. Rapport fil-qosor ta’ din iż-żjara ġie ppublikat fil-bullettin tal-ICCFM, bl-isem Link Lazo.
La għandek għal qalbek il-Familja, ingħaqad mal-Grupp Familji Nsara tal-Parroċċa tiegħek.
Għal aktar dettalji tista’ tkellem lill-Kappillan tal-Parroċċa tiegħek jew ċempel lill-Moviment ta’ Kana fuq 2223 8000.