BELONG twaqqaf minn Leslie u Charmaine Caruana, li flimkien ma’ koppji oħra riedu jgħinu l-koppji waqt li qed iżviluppaw relazzjoni sinifikanti. Il-grupp beda f’Mejju 2004 b’missjoni li: ‘iġib it-tama u l-ferħ fiż-żwieġ u l-familji’. Dan l-għan mexxa l-viżjoni triplika tiegħu, li jara l-koppji: jappartjenu għal xulxin (aspett relazzjonali); jappartjenu fi grupp (aspett soċjali); u jappartjenu lil Alla li huwa Imħabba dejjiema (aspett spiritwali). Il-ħidma tiffoka fuq l-akkumpanjament tal-koppji u l-familji matul ħajjithom lejn għaqda sħiħa, sabiex ikunu jistgħu jsibu tama meta l-ħajja tippreżenta l-isfidi u jgawduha bis-sħiħ meta jkunu sejrin tajjeb, għax iż-żminijiet tajbin m’għandhomx jintilfu! Koppji f’diversi stadji tal-ħajja huma pprovduti b’ħiliet li jsaħħu r-relazzjoni tagħhom u jagħtuhom l-opportunità li joħolqu ħbiberiji sinifikanti ma’ koppji oħrajn li jfittxu valuri Nsara. Fl-​aħħar, jgħin lill-​koppji jrawmu għarfien aktar profond tal-​imħabba t’Alla. Għadd ta’ koppji għarajjes u miżżewġin ibbenefikaw profondament mill-BELONG. Il-grupp jorganizza laqgħat ta’ kull xahar, seminars, irtiri, attivitajiet divertenti u ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jagħtu sens t’aċċettazzjoni, armonija u appartenenza. Permezz tagħhom il-koppji jiskopru aspetti relazzjonali, soċjali u spiritwali li jistgħu jiddiskutuhom skont il-maturità tagħhom. Għal aktar dettalji irreferi għall-paġni tagħna belong.mt jew facebook.com/Belong.Malta.Foundation jew instagram.com/belongmalta jew youtube.com/belongcouplesgroup jew ikkuntattjana fuq [email protected] jew ċempel fuq 99462992.

Il-Belong (Malta) Foundation twaqqfet b’att fi Frar 2016 flimkien mal-Istatut, irreġistrata mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji (VO/1254) f’Mejju 2016, u reġistrata mar-Reġistratur għall-Persuni Legali (LPF-225) f’Ottubru 2016. Il-Fondazzjoni għandha għan soċjali u hi organizzazzjoni mhux governattiva u mhux għall-profitt. Kull min jikkontribwixxu fiha jagħmlu dan b’mod volontarju u d-dħul jintuża biex jiffinanzja attivitajiet għall-benessri tal-familji. Il-Bord tal-Amministraturi jassigura li l-missjoni, il-viżjoni u x-xogħlijiet tal-Fondazzjoni jitmexxew kif deskritt fl-istatut tagħha. Il-Bord huwa mgħejjun fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu mill-Vision Team li jimpenjaw ruħhom fid-diversi ministeri tal-Fondazzjoni u jservu permezz tat-talb, id-dixxerniment u l-impenn. Il-Fondazzjoni taħdem ma’ AGAPE Europe, li tgħin lill-organizzazzjonijiet affiljati b’taħriġ, riżorsi u konferenzi. Il-Fondazzjoni tipparteċipa wkoll f’avvenimenti organizzati mill-‘Kummissjoni Internazzjonali dwar ir-Relazzjonijiet tal-Koppji u l-Familja’ (ICCFR). Fuq livell Nazzjonali, il-Fondazzjoni tikkollabora mal-‘Moviment ta’ Kana’ u taħdem ma’ diversi Parroċċi biex torganizza avvenimenti u korsijiet ta’ formazzjoni u seminars. Ħadet sehem fil-‘Malta Foundation for the Wellbeing of Society’ mill-bidu tagħha. Is-sezzjoni taż-żgħażagħ, SHINE, hija reġistrata mal-entità governattiva ‘Aġenzija Żgħażagħ’ u l-entità ‘Malta Catholic Youth Network’ (MCYN) u pparteċipat f’diversi avvenimenti nazzjonali. Minbarra il-BELONG, il-Fondazzjoni tmexxi wkoll il-ministeri li ġejjin:

  • GLOW (God Lights Our Way – għat-tfal sar-rabgħa sena skolastika) u WAKE (għal pre-teens sat-tmien sena skolastika) li jorganizzaw attivitajiet waqt il-laqgħat tal-BELONG sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jużaw il-ħin tagħhom flimkien. Dawn fihom awdjoviżivi u logħob li jittrasmettu valuri pożittivi b’mod divertenti.
  • SHINE huwa grupp għaż-żagħżagħ animat minn żgħażagħ biex jgħin l-adolexxenti joħorġu kwalitajiet interni. Jgħinhom permezz ta’ attivitajiet divertenti, ħbiberiji u formazzjoni Nisranija, u jispirhom biex jikbru fil-fidi, fl-imħabba u fl-altruwiżmu. Ikollhom laqgħat ta’ kull xahar, live-ins, avvenimenti soċjali, weekends u funzjonijiet liturġiċi. SHINE jikkollabora ma’ SHINE Europe. Għal aktar dettalji irreferi għall-paġni tagħna shine.mt jew facebook.com/Shine.Agape.Malta jew instagram.com/shine_malta.
  • 4TWELVE jgħin studenti u żgħażagħ b’formazzjoni spiritwali hekk kif jiffaċċjaw sfidi tal-ħajja fid-dinja adulta permezz ta’ laqgħat ta’ formazzjoni u diskussjonijiet sabiex huma jingħataw spazju ta’ konversazzjonijiet sinifikanti. 4TWELVE jikkollabora ma’ AGAPE Student Led Ministry (SLM). Għal aktar dettalji irreferi għall-paġni tagħna facebook.com/4TwelveMalta jew instagram.com/4twelvemalta.
  • DAWN huwa grupp għan-nisa li jiċċelebra d-don tal-mara, speċjalment fil-jum internazzjonali tal-mara, u jipprovdi sapport lil xulxin.
  • MARRIAGE MATTERS hu serje ta’ Seminars għat-tħejjija għaż-Żwieġ iddisinjati biex jarrikkixxu koppji għarajjes waqt li qed jippreparaw biex jirċievu lil xulxin fiż-żwieġ. Permezz tagħhom il-koppji jesploraw aspetti sinifikanti personali, relazzjonali, spiritwali u soċjali. Dan il-kors huwa mibni madwar il-koppji fejn huma jkunu bilqiegħda bħala koppja u jaħdmu eżerċizzji kemm individwali kif ukoll flimkien. L-approċċ tat-tagħlim adottat jieħu l-kunċett ta’ ‘see-judge-act’ fejn preżentazzjonijiet qosra jiġu segwiti minn riflessjoni personali u diskussjoni tal-koppja. Meta jitlestew, il-koppji jiġu ppreżentati b’ċertifikat ta’ attendenza li huwa eliġibbli biex jiġi ppreżentat meta jirreġistraw għaż-żwieġ fil-Knisja Kattolika. Għal aktar informazzjoni irreferi għall-paġni tagħna marriagematters.mt jew facebook.com/marriagematters.mt jew ibgħatilna email fuq [email protected] jew ċemplilna fuq 99462992.
  • BELIEVE TO BELONG (B2B) jipprovdi koppji għarajjes jew fl-ewwel snin taż-żwieġ seminars. L-għan hu li jgħinhom isaħħu ir-relazzjoni tagħhom matul dawn is-snin importanti hekk kif jibnu pedamenti tajbin. Koppji parteċipanti tagħaw rispons pożittiv ħafna għax sabuh divertenti, sinifikanti u formattivi.