Author: admin

New president for Cana Movement

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dr Joe Cassar bħala l‑President tal‑Moviment ta’ Kana. Huwa ħa post Dr Arthur Galea Salomone li kien ilu tmien snin fil‑kariga.

Il‑Moviment ta’ Kana huwa għaqda mhux governattiva tal‑Knisja f’Malta li ilu jaħdem mal‑familji għal dawn l‑aħħar 68 sena. Fost is‑servizzi li joffri hemm il‑korsijiet ta’ tħejjija għaż‑żwieġ, il‑formazzjoni lill‑koppji u lill‑familji, counselling għall‑persuni kollha li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet personali u familjari, kif ukoll ħidma mill‑qrib mal‑parroċċi.

Dr Joe Cassar huwa konsulent psikjatra li ggradwa bħala tabib mill‑Università ta’ Malta u kompla l‑istudji tiegħu fil‑psikjatrija fl‑Università ta’ Yale fl‑Istati Uniti. Huwa wkoll senior lecturer fl‑Università ta’ Malta u jmexxi s‑servizz ta’ emergency psychiatry fl‑Isptar Mater Dei.

Huwa jaħdem fil‑qasam tas‑saħħa mentali tat‑tfal u ż‑żgħażagħ kif ukoll ma’ familji f’diffikultà. Dr Joe Cassar huwa wkoll membru tal‑Moviment tal‑Fokolarini. Huwa miżżewweġ lil Anna Maria u għandhom żewġt itfal, Fabrizia u Rebecca.

Celebration of Life Day 2021

L-Isqof Awżiljarju f’Jum il-Ħajja: Imħabba, kompassjoni, għożża

Quddiesa f’Jum il-Ħajja 2021

Żur il-link tal-messaġġ https://knisja.mt/jumilhajja2021/ biex tara il-messagg tal-Omelija ta’ l-Isqof Galea Curmi. 

Agħfas hawn biex tara id-diskors ta’ Bernice Scicluna f’isem Malta Unborn Child Platform. 

Is this the best we can offer to our youths?

Catholic Voices Malta flimkien mal-Azzjoni Kattolika Maltija, Christian Life Community (Malta), Komunjoni tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku f’Malta, Moviment ta’ Kana, Society of Christian Doctrine (M.U.S.E.U.M.) – Sezzjoni Irġiel, The Mission Fund u ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika Maltija) qed jissottomettu Position Paper formali b’reazzjoni għall-White Paper maħruġa mill-Gvern “Towards the Strengthening of the Legal Framework on the Responsible Use of Cannabis” (Lejn it-Tisħiħ tal-Qafas Legali dwar l-użu Responsabbli tal-Kannabis).

It-tmien organizzazzjonijiet jesprimu t-tħassib tagħhom li l-bidliet fil-liġi hekk kif proposti mill-Gvern ma jagħmlu xejn biex jissaħħaħ il-qafas legali madwar l-użu tal-Kannabis, u b’mod mhux korrett, ir-riforma tiġi msejħa għall-“użu responsabbli” tal-kannabis.

Filwaqt li l-imsemmija White Paper tesprimi preokkupazzjoni dwar l-effetti u l-ħsara li tiġi ikkaġunata mill-użu tal-kannabis, minn naħa l-oħra qed tippromovi l-użu mhux ikkontrollat billi tipproponi li jiġi rdoppjat l-ammont permess li wieħed ikollu fil-pussess tiegħu u tikkwadrupla l-  l-limiti għall-kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis.

L-iktar li jikkonċernana huwa l-fatt li l-Gvern, permezz ta’ din il-White Paper, qed jinkoraġġixxi l-użu tal-kannabis speċjalment lill-ġenerazzjoni żagħżugħa li hija l-iktar f’riskju serju tal-effetti negattivi u l-ħsara fit-tul li l-konsum ta’ din id-droga jikkaġuna.

Mingħajr l-ebda dubju l-kannabis użata għall-raġunijiet rikreattivi m’għandha l-ebda waħda mill-proprjetajiet li għandha l-kannabis mediċinali. Għaldaqstant l-proprjetajiet tagħha jikkaġunaw biss ħsara, speċjalment fil-ġenerazzjonijiet aktar żagħżugħa.

It-tħassib ewlieni tagħna huwa li:

• Il-White Paper hi nieqsa kompletament milli tesponi r-riskji li l-użu tal-kannabis fuq medda twila ta’ żmien tippreżenta fl-iżvilupp mentali u s-saħħa fiżika taż-żgħażagħ.

• Il-proposti kif ippreżentati qed iservu biss biex tiġi ikkummerċjalizzata aktar id-droga. Għalhekk l-iktar li ser jibbenefikaw minn dawn il-proposti huma dawk li l-interess tagħhom huwa li jfittxu li jagħmlu l-flus mid-dgħjufija u l-vulnerabbiltajiet tan-nies. Il-White Paper hija nieqsa milli tippreżenta qafas ikkontrollat biex jiġi żgurat “l-użu responsabbli”.

• Il-White Paper hija bbażata fuq ipotesi żbaljata li l-individwi kollha jistgħu u se jibqgħu jużaw id-droga b’mod “responsabbli”, u tinjora fatti xjentifiċi li użu frekwenti jesponi għall-vizzju (addiction) lil min juża din id-droga u li tista’ twassal lil persuna għall-konsum ta’ drogi aktar perikolużi.

• Il-kannabis tista’ tagħmel inqas ħsara minn drogi oħra, iżda ma tistax titqiegħed fl-istess keffa tal-alkoħol u s-sigaretti, li l-użu tagħhom għandu ukoll jiġi skoraġġit aktar.

• 4 pjanti tal-kannabis jistgħu jipproduċu aktar minn 8,000 gramma kannabis. Kemm il-doża ta’ grammi kuljum tista’ persuna tikkonsma b’responsabilita’ qabel ma jsir vizzju, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu? Żidiet ulterjuri fil-limiti tal-pussess għandhom jiġu ikkunsidrati biss wara li jkunu ġew ikkummissjonati u konklużi studji serji u profondi.

• Il-White Paper ma tindirizza l-ebda waħda mill-effetti negattivi u l-konsegwenzi soċjali li l-konsum jista’ jġib miegħu bħal: waqfien mill-iskola, ħiliet baxxi fil-qasam tax-xogħol u nuqqas ta’ kisbiet professjonali. Hija ta’ ħasra li l-White Paper tinjora dan kollu, b’mod konvenjenti, wara li l-investiment kollu li jagħmel pajjiżna fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ tagħna. X’ħela!

Iż-żgħażagħ tagħna jistħoqqilhom Ispirazzjoni u mhux Vizzji

Aħna nemmnu li l-Istat għandu jżid l-isforzi tiegħu biex jispira liż-żgħażagħ tagħna biex itejbu s-saħħa u l-ħajja tagħhom inkluż:

• Proposti għal stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha, mhux il-promozzjoni ta’ abbuż ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara lil saħħithom.

• Investiment fl-infrastruttura sportiva, spazji għall-kultura u l-arti u divertiment sigur.

• Fi żminijiet ta’ sagrifiċċju għadha tiġi promossa l-kura u l-protezzjoni tas-saħħa ta’ xulxin, aktar milli jiġu promossi modi ta’ kif tinqered is-saħħa.

L-ebda familja ma hija ħielsa milli xi ħadd maħbub jispiċċa vittma tal-pressjoni tal-bejjiegħa tad-droga. Irridu Gvern li jiġġieled it-traffikanti u mhux wieħed li jilliġittimizza intenzjonijiet qarrieqa tagħhom.

Pajjiżna jinvesti ħafna sforzi u fondi fl-edukazzjoni u biex jippromwovi l-ħiliet taż-żgħażagħ tagħna. Għaliex irridu nitilfu dan kollu fl-interess kummerċjali tal-ftit li jfittxu li jagħmlu l-flus fuq x-xewqa għall-kuntentizza ta’ wliedna u mhux għall-ġid komuni?

Iż-żgħażagħ tagħna jistħoqqilhom Ħafna Aħjar!

Niżżel din il-Paper uffiċjali

A message from the Archbishop to the married couples 2020

Fil-bidu ta’ kull sena il-Moviment ta’ Kana jorganizza quddiesa speċjali għal dawk il-koppji li jkunu iżżewwġu is-sena ta’ qabel. Din il-quddiesa tkun immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna. Wara l-quddiesa l-Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji u jagħtihom tifkira żgħira tal-okkażjoni.

Sfortunatament, minħabba is-sitwazzjoni preżenti din il-quddiesa ma saritx imma minflok, l-Arċisqof, qed jagħtikom messaġġ apposta għalikom koppji miżżewwġin ġodda.


Żur il-link tal-messaġġ https://youtu.be/dYuQH_dkuXU biex tara il-messaġġ.

Nieħu din l-okkażjoni biex nawguralkom f’dan il-vjaġġ taż-żwieġ tagħkom. Nagħtikom parir: dan il-vjaġġ tagħmluhx waħedkom imma MIEGĦU.
Nitlob lil Madonna ta’ Kana, Sultana tal-familja biex tbierek lilkom u ‘l familji tagħkom.