Il-Moviment ta’ Kana qed jorganiżża kors Natural Family Planning and Fertility Awareness. Dan il-kors huwa imfassal apposta għal koppji għarajjes u miżżewġin li jixtiequ jifhmu aħjar il-fertilità tagħhom.
Matul is-sessjonijiet se jiġu trattati suġġetti varji fosthom l-anatomija u l-fiżjoloġija, il-metodu dwar it-temperatura bażika u l-ovulazzjoni, kif ukoll il-kura pre-konċepiment u l-fertilità waqt it-treddigħ. Is-sessjonijiet kollha se jkunu mmexxija minn għalliema kwalifikati u ċċertifikati mill-Istitut Ewropew (EIFLE/IEEF) li se jipprovdu l-appoġġ kollu meħtieġ lill-koppji.
Is-sessjonijiet se jsiru fl-Istitut Kattoliku (2nd Floor, Floriana) fil-5:45 pm fuq il-ħames dati li ġejjin: 15 u 22 ta’ Ottubru, u 5, 19 u 26 ta’ Novembru 2026. Il-prezz huwa ta’ €40.00 għal kull koppja. Biex tirriżervaw post, ċemplu fuq 222 38 000 jew ibagħtu email fuq [email protected].



