Aħna mpenjati li nipprovdu servizzi ta’ terapija professjonali u appoġġ f’perspettiva nisranija, bil-għan li nakkompanjaw lill-klijenti biex jilħqu dak li ġew għalih kemm bħala individwi, koppja jew membri ta’ familji b’saħħithom. B’perspettiva nisranija nifhmu li aħna nirrispetaw b’dinjita’ u mingħajr diskriminazzjoni kull persuna li tfittex is-servizzi tagħna.
Is-servizzi ta’ terapija u appoġġ jikkonsistu:
Aħna impenjati li nagħtu servizz professjonali ta’ terapija u appoġġ ta’ l-aqwa kwalita‛ u fil-pront billi nikkuntatjaw lil-klijenti għal-ewwel appuntament fi żmien ġimgħa.
Dan hu servizz bi ħlas b’rata ferm issusidjata. Aħna nibqgħu noffru dan is-servizz anke għal dawk li ma jkunux jistgħu jħallsu.
Inti tista’ tikkuntatjana billi ċċempel fuq 22238000, 79014827, 79011435 jew billi timla l-formola t’hawn taħt.