Reflexive & Positive Parenting Courses

Kana qed joffri korsijiet għall-ġenituri ibbażati fuq dixxiplina pożittiva bil-għan li jtejjeb u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn it-tfal/adolexxenti u l-adulti li jieħdu ħsiebhom, familjari, u l-komunità għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

 

F’xiex nemmnu?

Ix-xogħol terapewtiku mal-klijenti tagħna jinfurmana li t-trobbija u l-kura tat-tfal tista’ tkun esperjenza pożittiva iżda ukoll waħda eżiġenti li teħtieġ numru ta’ ħiliet. Għalhekk, il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal ta’ spiss ifittxu informazzjoni bit-tama li jsibu soluzzjonijiet xierqa għall-familji tagħhom u / jew għat-tfal u l-adolexxenti li jieħdu ħsieb. Madankollu, ninnotaw ukoll li jkun hemm drabi fejn ġenituri / dawk li jieħdu ħsieb it-tfal jikkonsultaw sorsi mhux aġġornati u / jew ma jkollhomx l-għarfien xieraq biex japplikaw it-tagħrif li jsibu għaċ-ċirkostanzi uniċi tagħhom. Ħassejna għalhekk il-ħtieġa li noffru kors tat-trobbija bbażat fuq it-teoriji riċerkati biex ngħinu lill-ġenituri / dawk li jieħdu ħsieb it-tfal jkollhom informazzjoni / formazzjoni aġġornata dwar it-trobbija tat-tfal u jżidu l-ħiliet tagħhom ta’ dixxiplina pożittiva.

 

X’Hini Trobbija / Dixxiplina Pożittiva? (Positive Parenting Approach)

Dan huwa approwċ innovattiv li jgħin lit-tfal jitgħallmu jafdaw u jivvalutaw l-għażliet tagħhom waqt li jħossuhom tajjeb fuqhom infushom fi kwalunkwe ambjent li jkunu fih. Minflok ma jitgħallmu jevitaw il-kastigi, t-tfal jitgħallmu x’iwassal għal tifħir u rikonoxximent mill-ġenituri jew minn dawk li jieħdu ħsiebhom permezz ta’ gwida bbażata fuq l-imħabba. B’hekk, it-tfal jitgħallmu jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħmlu aktar minn dik l-imġieba tajba li hi tant mistennija mill-ġenituri kif ukoll mis-soċjetà.

Positive Parenting Courses

Currently no Positive Parenting Courses available