Min aħna?
Il-Moviment ta’ Kana hija organiżazzjoni fi ħdan il-Knisja ta’ Malta li twaqqfet fis-sena 1956.
Hija organiżazzjoni volontarja li tiġbor fiha nies li għandhom għal qalbhom il-familja u l-ħajja miżżewġa. Il-Moviment ta’ Kana hu mmexxi mill-Kunsill ta’ Kana li jiġi elett mill-membri ta’ Kana u l-missjoni tagħna hija:
- li nakkumpanjaw lill-koppji li qed iħejju ruħhom għall-ħajja miżżewġa,
- li nakkumpanjaw koppji jew individwi li għaddejjin minn żmien diffiċli fir-relazzjonijiet tagħhom jew fil-ħajja personali,
- li nakkumpanjaw koppji sabiex isaħħu ż-żwieġ u l-ħajja fil-familja tagħhom,
- li nippromwovu l-ħajja miżżewġa bħala waħda għal dejjem, fidila u miftuħa għall-ħajja.
L-ewwel kors tat-tħejjija għaż-żwieġ kien sar tas-Sliema fl-1952, immexxi minn Mons. Charles G. Vella li kien għadu seminarista. Matul l-ewwel snin ta’ ħidma, Il-Moviment stabbilixxa ruħu bħala wieħed li joffri servizzi marbutin mal-familja u servizzi ta’ counselling.
It-Tim Eżekuttiv:

Dr Joe Cassar
President

Rev. Aayrton Muscat
Direttur Spiritwali
[email protected]

Is-Sur Christopher Demicoli
Direttur Eżekuttiv
[email protected]
Il-viżjoni tagħna għall-familja Maltija hija, li din tibqa’ waħda magħquda, waħda li tgħix il-Vanġelu u waħda li tagħraf dejjem aktar l-irwol tagħha fl-Evanġelizzazzjoni u fil-qdusija tal-membri tal-familja. Ukoll li l-familja tkun miftuħa għal familji oħra speċjalment għal dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli u ta’ prova.
Il-Moviment ta’ Kana hija parti mill-federazzjoni FAFCE (Federation of Catholic Family Associations in Europe) il-federazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-familji kattoliċi fl-Ewropa.
Facebook:
www.facebook.com/movimenttakana