Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani
Nota
Il-Korsijiet ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani li jmiss, ser jsiru f’Settembru u f’Ottubru 2026. Il-lista tal-parroċċi li se jagħmlu dawn il-korsijiet se tiġi ppublikata fuq is-sit tagħna matul it-tieni ġimgħa ta’ Lulju 2026.
Huwa suġġerit li koppja tattendi għal dan il-kors ta’ l-inqas sentejn qabel id-data taż-żwieġ, anke jekk il-koppja m’għandiex data taż-żwieġ.
Koppja għarajjes li qed tippjana li tiżżewweġ bil-knisja għandha tattendi l-Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani. Dan għandu jsir preferibilment sentejn qabel id-data taż-żwieġ.
Fl-aħħar tal-kors, kull koppja tingħata ċertifikat li irid jiġi ippreżentat meta l-koppja tibda l-proċess tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ.
Il-korsijiet isiru tliet darbiet f’ sena; f’Jannar, f’April u f’Ottubru u jikkonsistu minn għaxar laqgħat, waħda kull ġimgħa. Tista’ tara l-lista tal-korsijiet hawnhekk.
Wara l-Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ, il-koppja għandha wkoll tattendi dak li jissejjaħ Tħejija Immedjata għaż-Żwieġ. Dan ikun organizzat mill-parroċċa.
Fit-tmiem ta’ dawn il-laqgħat, il-koppja tingħata ċertifikat ieħor li wkoll irid jiġi ppreżentat mal-ewwel ċertifikat.


