Author: Chris Demicoli

FTUĦ TAS-SENA PASTORALI TAL-MOVIMENT TA’ KANA

17/09/2025  Ċentru Pastorali San Sebastjan, Ħal Qormi

Il-Familja Nisranija bħala Fanal ta’ Tama – Diskors minn Mons Brendan M Gatt Vigarju Ġudizzjali

“Marriage, what a weird concept: two people meet, spark off an emotional explosion which is probably the most intense feeling they will ever have in their entire lives; they rush off to a church, swear they will keep it up forever; then when the steam of lust has cleared, and they see each other’s blackheads and nasal hair with pustular clarity, they realise they are joined at the legal hip and are condemned to years of sullen compromise, bitterness, despair, depression, futility, and only if they’re lucky the blessed release of an early death.”

“I never realised it was such fun!”

(Diana Trent & Tom Ballard, Waiting for God (TV Series), 1990-1994)

Kemm hu faċli li nagħtu spjegazzjonijiet riduttivi dwar iż-żwieġ u l-familja li jwaqqgħu d-dinjita’ ta’ dawn iż-żewġ realtajiet minflok jeżaltaw is-sbuħija tagħhom u l-importanza tagħhom għal soċjetà sana. Ovvjament fil-media – b’mod speċjali fejn jidħol l-element komiku – wieħed ma jiskantax b’ dan it-tip ta’ diskors.

Iżda jeżisti l-periklu serju li aħna wkoll nixorbu l-ispirtu tad-dinja ta’ madwarna (minħabba influwenzi kulturali u medjatiċi) u bla ma nkunu konxji nibdew naraw iż-żwieġ u l-familja mhux fid-dawl tal-missjoni oriġinali u s-sbuħija ewlenija li bihom ħalaqhom Alla, imma fid-dell ta’ kunflitti, obbligi, rabtiet, toqol, eċċ., bħal ħafna oħrajn madwarna.

Bħala antidotu għal dan il-velenu nixtieq noffrilkom dak li qal il-Papa Franġisku meta indirizza il-Festival of Families ġewwa Philadelphia (USA). Araw x’differenza fit-ton u fl-ispirtu. Mhux għax il-Papa jinjora t-tbatija u d-diffikultajiet li jeżistu fil-familji, imma għax jara l-familja bħala ħolqien u għodda ta’ Alla.

“Ninsabu f’festa tal-familji. Il-familja għandha l-karta taċ-ċittadinanza divina. Ċara din il-ħaġa? Il-karta taċ-ċittadinanza divina li għandha l-familja tahielha Alla biex fi ħdanha jikbru dejjem aktar il-verità, l-imħabba u l-ġmiel. Xi ħadd jista’ jgħidli: “Inti qed tkellem hekk għax m’intix miżżewweġ!” Tassew, fil-familji hemm id-diffikultajiet. Fil-familji jkun hemm it-tilwim. Fil-familji kultant tara l-platti jtiru. Fil-familji hemm l-uġigħ ta’ ras tal-ulied. Biex ma nsemmux il-kunjati….”. Iva, fil-familji dejjem, dejjem, hemm is-salib. Għax l-Iben ta’ Alla talabna nimxu warajh f’din it-triq ukoll. Imma fil-familji wkoll, wara s-salib jiġi l-qawmien mill-imwiet, għax hemm ukoll imexxina l-Iben ta’ Alla. U minħabba f’hekk il-familja – skużawni “Il-Familja Nisranija bħala Fanal ta’ Tama” – Mons. Brendan Gatt li ser nuża dan il-kliem – il-familja hi fabbrika ta’ tama, tama ta’ ħajja u qawmien, għax hu Alla li fetħilna din it-triq.” (Papa Franġisku, 26 ta’ Settembru 2015)

Fanal li jfarraġ u juri t-triq

Bħala xbieha biex tispira l-ħsibijiet tagħna llum xtaqt nissellef l-idea ta’ FANAL; fanal (lighthouse) jixħet id-dawl tiegħu fuq il-baħar sabiex joffri gwida lill-baħħara u lill-biċċiet tal-baħar li jkunu għaddejjin qrib dak ix-xatt partikolari. Nimmaġinah sors ta’ wens għall-baħħara li jaraw dak id-dawl fid-dalma, imma huwa wkoll twissija. Twissija li hemm il-blat fil-qrib u allura jeħtieġ li jbaħħru b’kawtela biex jevitaw id-disgrazzji.

Hekk għandha tkun il-familja Nisranija u ż-żwieġ Nisrani llum għad-dinja: fanali ta’ tama għad-dinja. Fanal li jqanqal kuraġġ u paċi, li jnissel sens ta’ mħabba u għożża. Imma fl-istess ħin huwa wkoll fanal li jwissi lis-soċjetà dwar il-kurrenti perikolużi li hemm taħt wiċċ il-baħar ta’ żmienna, u jiggwida lill-bnedmin lejn port sigur.

F’dan ir-rigward importanti li jkollna idea korretta ta’ x’inhi l-virtù tat-TAMA: it-tama mhijiex ottimiżmu jew wishful thinking. Bħal per eżempju: “Nittama li t-tim li nżomm miegħu jirbaħ il-kampjonat”, jew “nittama li nirbaħ il-lotterija” jew “nittama li jkun bnazzi dakinhar tat-tieġ”! It-tama pjuttost hija fiduċja qawwija u konkreta f’Alla u fil-wegħdiet tiegħu; twemmin sod li – għax Alla huwa tajjeb, u fidil, u qawwi – fil-ħin tiegħu sejjer iwettaq il-wegħdiet tiegħu għall-ġid tal-maħbubin tiegħu, b’mod speċjali l-wegħda li jsalva lill-poplu tiegħu. Imma dan jitlob minna impenn ukoll: impenn biex inkunu marbutin ma’ dawn il-wegħdiet ta’ Alla, biex nistennew b’mod attiv, u biex nagħmlu l-parti tagħna sabiex nikkooperaw mal-grazzja tiegħu.

Is-sejħa tal-Papa Franġisku għall-Ġublew tat-Tama kienet proprju li jeħtieġ nimxu bħala Pellegrini tat-Tama. Id-dinja għatxana għal sinjali li jfakkruha li l-imħabba hija reali, li l-impenn (commitment) huwa possibbli, u li l-kompassjoni u l-fidi għadhom jistgħu jibdlu l-ħajjiet u joffrulhom sens u skop. Il-Famija Nisranija li ssib għeruqha fl-imħabba t’Alla hija waħda mill-aqwa xhieda għal dawn ir-realtajiet. U allura llum xtaqt nirrifletti magħkom dwar kif il-familji Nsara jistgħu jiddu b’dawl li jwennes u jfarraġ.

Il-Fanal iwettaq xogħlu billi jixgħel, billi jwaddab ir-raġġi tad-dawl tiegħu ‘il bogħod, fid-dlam u ċ-ċpar. Dan huwa l-mod kif jegħleb id-dlam: billi jkun dak li hu, u jagħmel dak li għandu jagħmel. L-istess tagħmel il-familja Nisranija: tixgħel dawl fid-dlam mhux bl-argumenti u l-priedki (għalkemm ċertament huma meħtieġa wkoll nies li jartikolaw it-tagħlim tal-Knisja dwar żwieġ u familja u jiddefenduh fejn hemm bżonn), iżda sempliċiment billi tkun dak li hi: familja magħquda fl-għożża tal-membri tagħha. Din tkun l-aqwa priedka u tagħlim: meta l-familja tgħix il-vokazzjoni tal-imħabba.

“Il-ġejjieni tad-dinja u tal-Knisja jgħaddi mill-famija” San Ġwanni Pawlu II, Familiaris Consortio (n. 75)

Imma x’inhuma il-valuri, id-dwal, li joħorġu minn familja li tgħix sewwa s-sejħa tagħha?

1. Imħabba bla kundizzjonijiet

  • Il-familji juru lid-dinja kif tkum imħabba ħielsa u bla kundizzjonijiet.
  • L-ewwel esperjenza li t-tfal jagħmlu ta’ Alla tkun permezz tal-imħabba tenera tal-ġenituri tagħhom. Hija imħabba gratwita, imħabba li tħobbok sempliċiment għax teżisti, mhux għal xi ħaġa li għamilt. Aħna ma għamilna xejn biex nimmeritaw l-imħabba tal-ġenituri tagħna ħlief li twelidna!
    • F’dan is-sens, din l-imħabba li aħna nirċievu – bla ma jistħoqqilna – mill-familji tagħna, meta nkunu għadna fi stat fejn ma nistgħu nagħmlu xejn biex inpattu għal dik l-imħabba, hija rifless tal-imħabba ta’ Alla nnifsu. (1 Ġwanni 4:19)
    • (Rumani 5:8)
    • F’dinja li tirriduċi r-relazzjonijiet u l-imħabba għal sempliċi konvenjenza jew interessi personali, u fejn is-sess jiġi ridott għal “negozju” (fis-sens ta’ skambju ta’ favuri jew pjaċiri), l-imħabba ġeneruża (agape), li tagħti lilha nfisha (self-giving) tal-miżżewġin hija sinjal profetiku.
    • kultura ta’ fedeltà u impenn li tgħin lill-koppja sabiex tibqa’ flimkien fil-mumenti diffiċli u mhux taqta’ qalbha mal-ewwel intopp;
    • Tgħin ukoll sabiex it-tfal jitrabbew b’iktar ; tfal li mhumiex kontinwament beżgħana dwar jekk il-ġenituri tagħhom humiex se jibqgħu flimkien (jew kif se jqattgħu l-ħin ma’ ġenituri separati u jipprovaw jogħġbuhom it-tnejn) imorru FERM aħjar fuq kull livell fil-ħajja tagħhom.
    • Effett sekondarju imma importanti huwa li familji magħquda jgħinu wkoll fis-suċċess ekonomiku tas-soċjetà madwarhom u ; jgħinu wkoll għall-formazzjoni ta’ ċittadini tajbin għax irawmu lil uliedhom b’sens ta’ dover u dixxiplina.

2. Il-Komplementarjetà tal-Mara u r-Raġel

  • Kontra l-imbuttatura tad-dinja li donnha trid tħassar id-differenzi bejn is-sessi (jew tagħti l-impressjoni li meta nivvalorizzaw il-karatteristiċi partikolari tal-mara jew tar-raġel qisna qed nonqsu mir-rispett lejn is-sess l-ieħor), : “U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbiehetu, fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom. (Ġenesi 1:27)
    • Il-komplementarjetà ġenwina tar-raġel u l-mara ġġib rikkezza għar-relazzjoni ta’ bejniethom u għas-soċjetà.
    • L-ulied ukoll jibbenefikaw immens meta jesperjenzaw id-doni partikolari tal-ġenituri tagħhom bħala raġel u mara. Il-ġenituri għandhom ikunu mudelli tajba ta’ awtentiċi.
  • Il-komplementarjetà, meta tingħex sew, twassal għal kooperazzjoni, rispett reċiproku u s-sbuħija tad-differenzi li jiġu armonizzati mill-imħabba. Meta nitkellmu dwar armonija nifhmu żewġ (jew iktar) noti differenti li meta jindaqqu flimkien jagħmlu ħoss iktar rikk u sabiħ milli kieku għandek sensiela ta’ noti individwali jindaqqu waħda wara l-oħra; hekk ukoll ir-raġel u l-mara flimkien jagħmlu armonija: juru l-umanità b’mod ferm isbaħ u iktar awtentiku milli kieku jeżistu irġiel biss jew nisa biss.

3. Il-Fidi li tingħex kuljum

  • Il-familja hija l-ewwel skola ta’ fidi u talb. L-iktar sens bikri ta’ dak li hu Divin u lil’hinn minna, wisq probabbli tgħallimnieh mingħand il-ġenituri jew in-nanniet tagħna.
  • F’dinja sekolari, familja li titlob issir xhieda u stedina biex il-bnedmin jerfgħu ħarsithom ‘il fuq, u jinfetħu għax-xefaq tal-fidi. Ħafna nies madwarna jgħixu b’ħaristhom dejjem ‘l isfel, iffukati biss fuq ħwejjeġ li jgħaddu u jintemmu (xogħol, divertiment, ġid, eċċetra).
  • Familja li tgħix skont il-prinċipji tal-Vanġelu tixhed għat-tama f’Alla u fil-wegħdiet tiegħu. Tfakkar lill-bqija tas-soċjetà li anki f’mumenti ta’ diffikultà kbira, Alla jibqa’ fidil, preżenti u attiv fil-ħajja tal-koppja u tal-familja.
  • Familja nisranija tixhed ukoll għal moralità oġġettiva, l-għażla bejn it-tajjeb u l-ħażin. Dawn ma jinbidlux meta ma jibqgħux konvenjenti, jew jiskadu biż-żmien għax issa m’għadhomx moda. Kultant ikun hemm nies li bid-diskors jesprimu prinċipji sodi ħafna, kważi riġidi, jirraġunaw “iswed u abjad”, imma meta huma jew xi ħadd qrib tagħhom jiffaċċja sitwazzjonijiet partikolari, malajr jibdlu d-diska u jiskużaw dik l-imġieba li qabel kienu jikkundannaw.
  • Azzjonijiet u ritwali żgħar imma sinifikattivi (bħat-talb qabel l-ikliet u qabel l-irqad, il-quddiesa, il-kura tal-membri dgħajfa tal-familja, il-maħfra lil min żbalja) iwasslu l-imħabba t’Alla lill-ġirien, lill-parroċċi, u lis-soċjetà iktar mifruxa.

4. Rifuġju ta’ sapport u kompassjoni

  • Il-Familji huma l-bażi soda, il-pedament, tal-istabbilità soċjali.
  • Kieku ma jkunux il-familji li joffru kura u ħarsien lill-anzjani, lill-morda, lil dawk fil-bżonn, u lill-persuni vulnerabbli, kieku l-piż (u sintendi l-ispejjeż) fuq l-istat ikunu FERM ikbar.
  • F’mumenti ta’ kriżi, il-familja ssir port sigur għall-membri kollha tagħha.
  • L-eżempju tal-familja Nisranija jgħallem lill-bqija tas-soċjetà il-valur tas-solidarjetà awtentika.
  • Il-membri ta’ familja soda spiss joffru servizz ta’ volontarjat f’realtajiet oħra soċjali u reliġjużi.
  • Il-Familja, fanal li jwissi dwar il-periklu

Fanal mhux biss iwennes bid-dawl tiegħu, imma wkoll iwissi dwar perikli ta’ blat, sikek eċċetra. Hemm ukoll ix-xbieha tal-ħġejjeġ (beacons) li kienu jwasslu messaġġi urġenti dwar periklu imminenti bħal invażjoni jew furbani. Iż-żwieġ Nisrani u l-familja li tirriżulta minnu, jistgħu jservu proprju f’dan ir-rwol ta’ twissija, kontra l-perikli li jeżistu fis-soċjetà ta’ llum.

Il-Knisja – bħala dawk li jieħdu ħsieb il-fanal – (u b’estensjoni, dawk l-għaqdiet u movimenti fi ħdanha li jaqdu lill-familja) trid tkun viġilanti u tgħasses: mhux biex tikkundanna imma biex tipproteġi.

Jeżisti periklu llum il-ġurnata, anki fi ħdan il-Knisja, li dak li sa ftit snin ilu ma kienx kontroversjali, illum f’daqqa waħda jibda jinħass bħala diviżiv. Dan iseħħ minħabba l-influwenza qawwija tal-media u tal-lobbies kbar internazzjonali li għandhom viżjoni differenti ħafna minn tagħna dwar żwieġ u familja (u dwar il-prinċipji li jsawwru u jsostnu lil dawn ir-realtajiet). Innotaw per eżempju dan il-kliem tal-Papa Ljun, proprju ftit jiem wara l-elezzjoni tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja Universali:

“Hu dmir ta’ min hu responsabbli fil-gvern biex jagħmel ħiltu ħalli jkun hemm soċjetà ċivili ġusta, armonika u paċifika. Dan jista’ jsir l-ewwel u qabel kollox bl-investiment fil-familja mwaqqfa fuq l-għaqda bejn raġel u mara, “soċjetà ċkejkna imma awtentika, li ġiet qabel kull soċjetà ċivili” (Rerum Novarum, 9). Minbarra dan, ħadd ma jista’ jfarfar ir-responsbbiltà biex jiffavorixxi kuntesti li fihom tkun imħarsa d-dinjità ta’ kull persuna, speċjalment tal-aktar fraġli u bla difiża, mit-tarbija fil-ġuf sal-anzjan, mill-marid sa min hu bla xogħol, kemm jekk ċittadin u wkoll jekk migrant.” (Papa Ljun XIV, 16 ta’ Mejju 2025, Diskors lill-Membri tal-Korp Diplomatiku)

Żagħżugħa nisranija li nafha minn komunità ta’ żgħażagħ bagħtitli, donnha inkwetata dwar dan. Qaltli “Il-Papa kontra l-gays?” Dan għax sempliċiment tkellem b’mod seren u mingħajr ebda sens ta’ polemika dwar realtà li sa madwar għaxar snin ilu ħadd ma kien jiċħadha jew jiddubitaha, jiġifieri li l-familja hija mwaqqfa fuq ir-rabta bejn raġel u mara.

Għaldaqstant nixtieq niġbor ftit minn dawn il-perikli li ninsabu mdawwrin bihom, sabiex naraw id-dawl tal-familja u taż-żwieġ Nisrani xi jwissina dwarhom.

1. Kultura ta’ “skart”

  • Il-Papa Franġisku spiss wissiena kontra l-kultura tal-“usa e getta”, jiġifieri r-risku li nitrattaw lill-persuni daqs li kieku kienu disposable, narmuhom meta ma fadalx użu għalihom.
    • Iżda ż-żwieġ imma impenn għal ħajtek kollha. “Dak li għaqqad Alla, ma għandux jifirdu l-bniedem.” (Mark 10:9)
  • F’kultura tal-iskart, il-permanenza taż-żwieġ (fejn ma naqtgħux qalbna minn xulxin, fejn ma nqattgħux il-karti fuq ħmerija), toffri sfida: hija kontro-kulturali.
  • Il-kunċett ta’ permanenza joffri wkoll serħan tal-moħħ u libertà awtentika lil dawk li jgħixuha. Jekk nemmen li jien u marti/żewġi għandna relazzjoni stabbli u permanenti, ma jkollix ħafna inċertezza u anzjetà.

2. Ideoloġiji perikolużi

  • Ċerti ideat kontemporanji jistgħu iħawwdu jew jgħawwġu il-mod kif inħarsu lejn iż-żwieġ, il-familja, u saħansitra l-identità umana.
  • L-ideoloġija tal-ġeneru (gender ideology) tirriduċi l-ġisem għal xi ħaġa inċidentali minflok xi ħaġa integrali għal dak li aħna. Jiġifieri naqgħu fl-idea żbaljata li hija r-ruħ u l-moħħ (jew il-consciousness) li tiswa, mhux il-ġisem. Qisu ġisimna sekondarju għall-eżistenza tagħna: b’dan il-ġisem partikolari jew b’ieħor, ma tagħmilx differenza. Minn hawn jiġu ideat żbaljati u perikolużi fejn in-nies jaħsbu li wieħed jista’ jibdel is-sess tiegħu jew tagħha.
  • Id-dikjarazzjoni tad-Dikasteru tad-Duttrina tal-Fidi, Dignitas Infinita, (2024) għandha dan x’tgħidilna dwar it-Teorija tal-Ġeneru, l-aktar fil-paragrafu 59:

“F’dan is-sens, ir-rispett kemm għall-ġisem tagħna stess kif ukoll għal dak tal-oħrajn huwa kruċjali fid-dawl tal-proliferazzjoni ta’ talbiet għal drittijiet ġodda avvanzati mit-teorija tal-ġeneru. Din l-ideoloġija “timmaġina soċjetà mingħajr differenzi sesswali, u b’hekk telimina l-bażi antropoloġika tal-familja.” Għalhekk isir inaċċettabbli li “xi ideoloġiji ta’ dan it-tip, li jfittxu li jwieġbu għal dawk li xi kultant huma aspirazzjonijiet li wieħed jista’ jifhimhom, jirnexxilhom jaffermaw lilhom infushom bħala assoluti u indiskutibbli, saħansitra jiddettaw kif għandhom jitrabbew it-tfal. Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li ‘s-sess bijoloġiku u r-rwol soċjo-kulturali tas-sess (ġeneru) jistgħu jiġu distinti iżda mhux separati.’” Għalhekk, kull tentattiv biex tiġi joskurata r-referenza għad-differenza sesswali ineliminabbli bejn ir-raġel u l-mara għandu jiġi miċħud: “Ma nistgħux nisseparaw il-maskil u l-femminil mill-opra tal-ħolqien ta’ Alla, li kienet minn qabel id-deċiżjonijiet u l-esperjenzi kollha tagħna, u fejn jeżistu elementi bijoloġiċi li huwa impossibbli li ninjoraw.” Huwa biss billi nirrikonoxxu u naċċettaw din id-differenza fir-reċiproċità li kull persuna tista’ tiskopri bis-sħiħ lilha nnifisha, id-dinjità tagħha u l-identità tagħha.”

  • L-ideoloġija tal-ġeneru faċilment tidher twajba u kompassjonevoli, għax tuża tip ta’ lingwaġġ li jesprimi kura u ħarsien, imma fir-realtà hija perikoluża ħafna; toffri soluzzjonijiet li spiss jikkawżaw iktar ħsara minn dak li jixtiequ jfejqu jew jgħinu.
  • Dan ma jfissirx li ma hemmx persuni li ġenwinament ibatu minn dak li jissejjaħ gender dysphoria u jħossu li huma maqbuda (qishom f’ħabs) f’ġisem żbaljat. Imma spiss bħala risposta tiġi amministrata – mingħajr studju suffiċjenti tar-realtà tal-persuna, u mingħajr spjegazzjoni tal-konsegwenzi – l-hekk imsejħa gender-affirming care li hija perikoluża u li numru mhux żgħir minn dawk li jirċevuha eventwalment jibdlu l-ħsieb dwarha, meta sfortunatament jkun tard wisq. Biżżejjed wieħed ifittex stejjer ta’ detransitioners online biex jara.
  • Diversi pajjiżi (inklużi pajjiżi avvanzati bħal dawk Skandinavi) qed jagħmlu passi serji lura mill-“kura” bl-ormoni u kirurġija, għax raw il-ħsara kbira li saret lil bosta. Ir-riżultat f’dawn it-tfal u żgħażagħ tkun l-isterilità li tirriżulta mill-ormoni u mill-mutilazzjoni tal-organi ġenitali tagħhom.
  • Sfortunatament, ħafna interventi ta’ gender-affirming care isiru bl-iskuża li jekk ma jsirux, il-persuna tispiċċa tagħmel suwiċidju; iżda r-realtà turi li r-rata ta’ suwiċidji (attentati jew effettivi) ftit li xejn tvarja f’dawk li jkunu għamlu l-hekk imsejħa “tranżizzjoni”.
    • Il-Knisja jeħtieġ tibqa’ – mhux b’ostilità – għal dawn l-isfidi; jeħtieġ nitkellmu l-verita’ bl-imħabba (ara Efesin 4:15). “Il-verita’ teħliskom.” (Ġwanni 8:32)
    • Ċentrali tibqa’ dejjem , maħluqa fuq ix-xbieha t’Alla.
    • Huwa ċar ukoll li hemm post għal ħidma terapewtika ma’ dawn il-persuni (sew dawk li ġenwinament ibatu minn u kif ukoll dawk li għalihom tkun biss fażi li tgħaddi wara ftit xhur). Li wieħed jipprova jifhem mnejn ġejjin dawn il-ġibdiet u sentimenti, u kif l-aħar inwieġbu għalihom.
3. Lista ta’ “perikli” u kif il-familja Nisranija toffri dawl dwarhom: PerikluDawl mill-familja
L-individwaliżmu: kulħadd għal rasu, jaħseb fih innifsu u fil-konvenjenza tiegħu/tagħha. Ix-xewqat ta’ kull individwu jsiru assoluti. Anki l-verità titnaqqar mir-Relattiviżmu.Komunjoni: il-membri tal-familja li jgħixu għal xulxin u jfittxu l-ġid ta’ xulxin. Il-ħajja ta’ kull membru tal-familja ssir għotja, rigal, għal xulxin. Il-verità tingħata valur ogħla.
Tnaqqir tal-indissolubbiltà: ir-rata tiżdied ta’ divorzji, imġieba sesswali mifruda mill-impenn u r-rabta taż-żwieġ, u l-koabitazzjoni dejjem iktar frekwenti, joħolqu l-idea ta’ rabtiet transitorji.Il-fedeltà tul il-ħajja kollha tal-koppja, toffri xhieda ta’ patt dejjiemi; iż-żwieġ bħala sinjal tar-rabta bejn Kristu u l-Knisja tiegħu isaħħaħ il-kunċett ta’ permanenza.
Il-Kultura tal-Mewt – leġiżlazzjoni li tiżvaluta l-ħajja umana (abort, ewtanażja eċċ.) u d-dell ta’ din il-kultura tal-mewt li jidħol saħansitra fi djarna.Il-familja bħala santwarju tal-ħajja tħares lit-tarbija fil-ġuf u lill-persuni vulnerabbli jew anzjani, u tħabbar li l-ħajja umana hija invjolabbli (jiġifieri ma għandha qatt tintrema jew tiġi kalpestata).
Il-Pornografija, l-isfruttament sesswali, u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ġisem – dawn kollha jattakkaw id-dinjità tal-bniedem, l-iktar fir-realtà tal-ġisem u s-sesswalità tiegħu/tagħha.Permezz tal-grazzja sagramentali, il-familja tgħallem viżjoni kasta, sagra u unittiva (jiġifieri li tgħaqqad lill-koppja flimkien) tas-sesswalità, u toffri viżjoni opposta għad-degradazzjoni li tiġi mill-kultura tal-pornografija.
Iċ-ċaħda (marbuta mal-Ideoloġija tal-Ġeneru) tal-għeruq antropoloġiċi tal-familja – kunċetti żbaljati marbutin mas-sesswalità, id-dinjità, u l-missjoni tan-nisa fis-soċjetà u l-familja.Il-familja ssostni l-verità antropoloġika li r-raġel u l-mara huma komplementari (maħluqa għal xulxin, anki fid-differenzi sesswali u emozzjonali tagħhom) u tħares l-ordni naturali taż-żwieġ.
Il-Materjaliżmu u l-konsumiżmu li jagħtu viżjoni limitata u qarrieqa tal-ġid, u jippreżentaw id-dinja biss bħala opportunità għal sfruttament.Il-familja tixhed għal ħajja orjentata lejn l-imħabba u stewardship tal-ħolqien, mhux biss lejn il-konsum. Tagħmel dan billi tipprattika il-ġenerożità, il-karità u l-ospitalità.
Id-degradazzjoni tal-familja twassal għal aggressività, vulgarità u disprezz anki fil-ħajja pubblika u politika. Biżżejjed wieħed jara kif jitkellmu u jaġixxu ċerti politiċi, attivisti u kummentaturi (madwar diversi pajjiżi).Il-familja Nisranija tiprattika rispett reċiproku u maħfra, u tgħallem is-sabar u r-rikonċiljazzjoni. U dawn huma valuri meħtieġa għad-djalogu fis-soċjetà iktar mifruxa u fil-mezzi tax-xandir.
Ir-rwol tal-ġenituri bħala l-edukaturi primarji ta’ uliedhom jiġi imminat, meta l-istat jaħtaf għalih innifsu t-tagħlim tal-etika, is-sesswalità eċċetra. B’hekk idaħħal firda bejn l-ulied u l-ġenituri u fil-bqija tas-soċjetà.Il-ġenituri jedukaw lil uliedhom fil-fidi u fil-valuri Nsara u b’hekk inisslu fihom umanità awtentika skont kif ħalaqha u xtaqha Alla l-Imbierek.
L-assenza tal-Missrijiet mill-ħajja ta’ uliedhom twassal għal frammentazzjoni tas-soċjetà, aljenazzjoni, u tnaqqir tal-moralità. Żgħażagħ bla missier iktar hemm ċans li jidħlu f’gangs, jiġu radikalizzati f’ideoloġiji estremi (dawn l-iktar japplikaw għas-subien), jew isiru attivi sesswalment FERM iktar kmieni u promiskwi (jiġifieri ma’ bosta partners sesswali differenti) minn dak li hu normali u san (din tal-aħħar l-iktar li tapplika għall-bniet).Missirijiet preżenti u attivi fil-ħajja tal-familji tagħhom isaħħu s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u jibnu soċjetà iktar magħquda u stabbli. Joffru role-model san lil uliedhom (taż-żewġ sessi) dwar kif iġib ruħu raġel serju u ta’ valuri. Sintendi, l-omm ukoll għandha rwol essenzjali, u bosta single mothers jagħmlu sagrifiċċji enormi għal uliedhom. Iżda l-missier ċerrtament mhuwiex “bih u mingħajru xorta”.
Il-pass mgħaġġel tal-ħajja li joħloq stress u nuqqas ta’ sigurtà u stabbilità. Dawn jattakkaw ir-rabtiet fi ħdan il-familja.Id-dar bħala bejta u santwarju. Il-famija li żżomm ritmu ta’ ħajja flimkien (talb, ikliet, xogħol u mistrieħ) toffri rifuġju u appoġġ, u tpatti għall-anzjetà li kulma jmur qed taffettwa dejjem iktar persuni (anki żgħażagħ u tfal).
Jiġi traskurat u minsi s-sens sagru taż-żwieġ u l-familja. Il-familja tiġi preżentat biss bħala “social construct” li jista’ jinbidel maż-żmien qisu mhu xejn u bla konsegwenzi.Il-familja marbuta fi żwieġ sagramentali tfakkar li Alla għandu post primarju fil-familja, u li ż-żwieġ huwa sinjal awtentiku tal-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja u għad-dinja.

Bħal fanal li jwaddab raġġ ta’ dawl sod u konsistenti fid-dlam u l-maltemp, il-Knisja mitluba toffri t-tagħlim tagħha dwar l-imħabba, l-impenn, id-dinjità tal-bniedem u tar-relazzjonijiet bejn il-bnedmin, b’mod konsistenti u f’kull fażi tal-ħajja.

Ir-rgħajja spiritwali u dawk kollha nvoluti fil-pastorali familjari (tħejjija għaż-żwieġ, sostenn tal-familji, counsellors, eċċetra) imsejħa jkunu ħarriesa tad-dawl, jiġifieri jgħinu lill-familji jbaħħru fl-inċertezzi u l-maltemp tas-soċjetà ta’ llum, fid-dawl tal-Vanġelu u tal-veritajiet dejjiema li tgħallem il-Knisja.

It-tweġiba tagħna quddiem l-isfidi tad-dinja qatt ma tista’ tkun biża’ jew rabja, imma tama u mħabba. Bħalma nagħmlu fil-familji tagħna, fejn forsi nargumentaw u nirrabjaw għal xulxin, imma xorta nibqgħu nħobbu lil xulxin (suppost!). Ftakru fil-“platti jtiru” tal-Papa Franġisku!

1. Kompassjoni bla kompromessi

  • Jeħtieġ nisimgħu bil-qalb lil dawk li jsofru jew li jsibu dan it-tagħlim diffiċli jew impossibbli, inkluż lil dawk li huma miġbuda lejn forom differenti ta’ “żwieġ” u “familja”, jew li tbegħdu mill-Knisja minħabba skandli jew weġgħat.
  • Il-kompassjoni ta’ vera tidher mhux billi nabbandunaw il-verità u nibdlu t-tagħlim dejjiemi tal-Knisja, imma billi nimxu bis-sabar ma’ dawk li jsofru, u noffrulhom fejqan, faraġ, u akkumpanjament.

“Il-Knisja hi msejħa tkun id-dar miftuħa tal-Missier.” – Papa Franġisku, Evangelii Gaudium (n. 47)

2. Il-Familji bħala Missjunarji tat-Tama

  • Il-familji nfushom jeħtieġ isiru MISSJUNARJI, billi juru li l-pjan ta’ Alla għaż-żwieġ mhuwiex piż u toqol, imma triq lejn il-ferħ u l-ħajja fil-milja kollha tagħha.
  • Meta jgħixu fedelment – u b’mod li jidher – il-valuri nsara tal-imħabba u l-maħfra, il-familji Nsara jiġbdu lill-oħrajn lejn id-dawl.

Iż-Żwieġ Nisrani u l-Familja mhumiex relikwi tal-imgħoddi; huma tama tiddi bl-isbaħ dawl għall-ġejjieni.

Diskors ta’ Dr Robert Tufigno President ta’ Kana

Wara l-introduzzjoni ta’ Fr. Brendan Gatt [bit-tema: “il-Familja Nisranija bħala Fanal ta’ Tama”], li nirringrazzja bil-qalb, nixtieq nilqaghkom ghal din il-laqgha generali annwali tal-Moviment ta’ Kana, ghall-bidu tas-sena pastorali tal-Moviment.

Biex nibda, bhala President gdid tal-Moviment ta’ Kana nixtieq niehu din l-okkazjoni l-ewwel biex nirringazzja lil Mons Arcisqof Charles Scicluna tal-fiducja li wera fija. Nittama li flimkien mal-membri tal-Kunsill nkun ta’ qadi kemm lill-moviment ta’ Kana u l-membri tieghu imma wkoll lil familji kollha f’Malta. Ghalhekk irridu nharsu l-barra u lil hinn mill-Moviment sabiex naqdu l-missjoni li ghandna fid-djocesi ta’ Malta. Nirringrazza wkoll lill-President emeritu tal-Moviment Dr. Joseph Cassar li f’dawn l-ahhar snin mexxa lil moviment b’ghaqal, determinazzjoni u umilta’, u nahseb ukoll b’sagrificcju personali. Ghalija huwa ezempju li, lanqas jekk irrid, ma nista’ ninsa qatt.

Ir-realta’ li nghixu fiha

Nahseb li f’din is-sena li ghandna quddiemna ghandna diversi realtajiet jew kwistjonijiet li jitolbu minna impenn. Dan li se nghid, ovvjament, irid jigi diskuss fil-Kunsill and wkoll, jekk ikun il-kaz, specjalment jekk jinvolvi l-operat tal-moviment fid-djocesi, mal-awtoritajiet ekklesjali. Mhux se nidhol f’dettall. Sejjer biss insemmihom fil-qosor hafna, biex meta jkun il-waqt id-diskussjoni tkun miftuha kemm jista’ jkun.

Pajjiz multikulturali Iz-zwigijiet naqsu, w inqas ulied jitwieldu u popolazzjoni li tixjieh

Pajjizna llum huwa multi kulturali. M’ghadux monolitiku kif kien hafna snin ilu. Mhux biss ghax ghandna hafna barranin jghixu Malta. Imma wkoll minhabba li l-Maltin, jew residenti f’Malta, ihaddnu diversi kulturi, religjonijiet diversi, imma wkoll nuqqas ta’ appartenenza lil xi religjon partikolari. Izda minkejja dan il-bniedem, irid jew ma jridx, jibqa’ religjuz. Il-kamp taghna hu dak tal-mizzewgin u tal-familja. L-isfida taghna huwa li nilhqu lil kulhadd, l-aktar lil dawk li, minkejja li jinhabbu u jixtiequ li l-imhabba tibqa’ ghal dejjem, jaghzlu – forsi minghajr ma jridu, u ghal diversi ragunijiet – li ma jizzewgux. Whud qatghu qalbhom li relazzjoni dejjiema hija possibbli, anki jekk jixtiequha. Ohrajn jaghzlu li jizzewgu, wkoll wara li jkollhom l-ulied. Ohrajn jizzewgu civilment u mhux bil-Knisja. Ohra, jizzewgu imma jaghzlu li jew ma jkollhomx ulied jew li jkollhom wild wiehed. Ohrajn iz-zwieg taghhom jitkisser, u wara jibnu relazzjoni ohra u forsi jergghu jizzewgu. Qed naraw wkoll nuqqas fit-twelid ta’ l-ulied, bidla demografika, li fiz-zmien, jekk it-trend tibqa’ kif inhi, twassal ghall-bidla kemm f’dawk li huma Maltin llum, u kemm f’dik li s’issa ghadna nsejhulha kultura Maltija. Dan mhux fenomenu Malti biss. Qed naraw li qed jigri l-istess fil-pajjizi kollha zviluppati. Jien nahseb illi ir-ragunijiet li jwasslu ghal tnaqqis fiz-zwigijiet (kif ukoll relazzjonijiet stabbli), it-tkissir taghhom, u nuqqas tat-twelid tal-ulied huma sfidi li ma nistghux ninjorawhom. Lanqas ma nistghu ninjoraw il-bidla demografika li qed issehh minhabba li it-tul tal-hajja generalment zdied. Fejn jidhol t-twelid ta’ l-ulied (birth rate), issa dan l-ahhar smajna kemm Monsinjur Arcisqof (ara omelija tat-8 ta’ Settembru, 2025) jirreferi ghal ghal dan kif ukoll lil Ministru tal-Finanzi. Tabilhaqq Monsinjur Arcisqof ilu jsemmi din il-kwistjoni (ara omelija tat-13 ta’ Dicembru, 2024 u indirizz tal-25 ta’ Dicembru, 2024 fejn kien qal “ Nieħdu ħsieb li nagħmlu esperjenza ta’ tama għażżgħażagħ tagħna; nibnu kultura ta’ tama għallfutur u għallġenerazzjonijiet li ġejjin biex fihom ikollna lbarka talulied. Illum, waqt li qed niċċelebraw il‑barka tat‑twelid ta’ tarbija, ejjew nibqgħu napprezzaw il‑valur li ġġib tarbija lis‑soċjetà. M’għandniex għalfejn nibqgħu biss nitbikkmu, jew inkella nsewdu qalbna, għaliex għandna l‑primat fl‑Ewropa tal‑inqas twelid fil‑popolazzjoni tagħna. Hemm bżonn li nieħdu passi konkreti, kulħadd skont ir‑responsabbiltà tiegħu, biex noħolqu lambjent favorevoli biex ilkoppji żgħażagħ jimtlew bittama, jibnu lbejta talimħabba tagħhom u din timtela bilbarka talulied .”) Ma nistghux nikkuntentaw b’dak li Papa Frangisku f-diskors tat-12 ta’ Mejju, 2022 kien sejjah “faqar gdid” jew “faqar tragiku” fejn iz-zaghzagh isibuha tqila li jirrejalizzaw il-holma taghhom ta’ familja u jispiccaw ixejnu il-kejl tax-xewaqt taghhom ghal sostituti medjokri bhan-negozju, safar u karozzi. Il-Papa b’niket irrefera ghal dan il-faqar fit-tnissil ta’ dawk li jxejnu ix-xewqa taghhom ghal ferh u jikkuntentaw li jbaxxu l-aspirazzjonijiet taghhom, billi jikkuntentaw b’inqas u ma jittamawx ghal aktar.

Kultura predominanti

Ir-ragunijiet ghal dan l-istat ta’ fatt jistghu ikunu diversi. Imma ma nilludux rwiehna illi huma ta’ natura finanzjarja jew ekonomika biss. Jien nahseb illi l-kultura predominanti hija kontra iz-zwieg u l-familja u t-twelid tal-ulied. Jigini f’mohhi li minkejja li ahna pajjiz li hrigna mill-kolonjalizmu is-seklu l-iehor, ahna illum kolonja idejologika forsi minghajr ma ndunajna. Din l-ideologija hija marbuta intimament mal-individwalizmu u mal-principju ta’ awtodetminazzjon, mal-kultura fejn il-bniedem minkejja dak kollu li jinghad m’ghadux suggett liberu tassew, izda sar prodott. Il-bniedem li jahseb li ghandu u ghandu jkollu kontroll fuqu nnifsu, qisu li bir-rieda tieghu jista’ jaghmel li jrid b’gismu, b’hajtu, bil-hajja ta’ dak li ghadu ma twelidtx, bis-sentimenti tieghu u ta’ haddiehor, fir-realta’ ma johloqx lil nnifsu. Hu mahluq u ma jistax jinjora dan il-fatt tant baziku. Hija wkoll kultura fejn il-prospettiva ta’ affettivita’ fit-tul hija nieqsa, fejn l-immedjat huwa l-aktar importanti.

M’inhu l-bniedem? Il-mistoqsija antropologika

Dan iwassalna biex nistaqsu x’inhu u min hu l-bniedem? Tghiduli, din hija mistoqsija, ta’ natura antropologika, tirreferi ghall-bniedem. Kif tolqot lil mizzewgin u l-familja? F’dan il-kuntest jigini f’mohhi dak li kien qal Papa Benedittu XVI. F’diskors li hu kien ghamel fis-6 ta’ Gunju, 2005

lid-Djocesi ta’ Ruma waqt konferenza bit-titlu “Family and Christian community: formation of the person and transmission of the faith”, kien qal hekk: “The question of the right relationship between the man and the woman is rooted in the essential core of the human being and it is only by starting from here that its response can be found. In other words, it cannot be separated from the ancient but ever new human question: Who am I? What is a human being?”

It-tama taghna

Il-Kristjanizmu, mhux biss jekk imxandar imma fuq kollox li tghixhu, juri li l-ideologija jew kultura predominanti li semmejt qabel, minkejja l-attrazzjoni taghha, hija illuzorja u kontra l-bniedem. Hija ta’ hsara lil generazzjonijiet ta’ llum u aktar u aktar lil dawk futuri. Ahna nafu, ghax skoprejnih u ghexnih, illi Kristu huwa t-Twegiba ghal dawk il-mistoqsijiet profondi u bazici (s-sens religjuz), li fid-dawl taghhom il-bniedem jghix, jahseb, jiggenera, jkun kreattiv u jhalli l-impatt tieghu fl-istorja. Din it-Twegiba hija favur il-hajja, l-imhabba tassew, u kontra l-kultura tax-xejn (nihilizmu) u tal-mewt. Il-hajja hija tant sabiha, li ma tistax zzommha biss ghalik jew ghal gheziez tieghek: trid tkun miftuha ghal aktar hajja. Fil-kuntest stroriku li qeghdin fih, dan jitlob minna azzjoni missjonarja ghaqlija – li ma tiswa xejn jekk ma tkunx riflessa, bil-limiti kollha li jista’ jkun hemm, fl-esperjenza tal-familji taghna. Jehtieg illi kull ma naghmlu, nghidu u fuq kollox kif nghixu, minkejja in-nuqqasijiet tgaghna, juri li t-tama taghna hija fi Kristu, prezenti illum permezz tal-Knisja (bhala prolungazzjoni tieghu fl-istorja). Kristu u l-komunjoni li johloq bih u fih nnifsu huwa t-tama taghna. Fih biss hemm it-tama, u ahna bhala kompartecipi fl-imhabba tieghu,

nikkontribwixxu biex tkun tista’ taraha u tmissha, u taghmel esperjenza taghha. Ma nistghux nibqghu lura. Il-fidi taghna, l-mod kif nghixu, mhux biss fil-hajja normali, imma wkoll fid-diffikultajiet u sfidi, ssir attrazzjoni, li kulhadd jista’ jaraha. Li t-Tama taghna ma tqarraqx issir esperjenza li tigbdek lejha. B’hekk “il-Familja Nisranija [tkun] bħala Fanal ta’ Tama”, jigifieri fanal ta’ Kristu li hu t’tama taghha. Il-familji jkunu u jsiru protagonisti ta’ holqien ta’ kultura aktar umana, ta’ civilta’ ta’ l-imhabba.

Id-dinja konkreta li nghixu fiha u l-polis

Izda il-bniedem u l-familji ma jghixux f’kuntest astratt barra mir-realta’ konkreta ta’ kuljum. Il-familja jehtiegilha li tkun sostnuta mill-polis, mill-belt tal-bnedmin. Irridu naraw jekk dan hux qed isehh b’mod adegwat u effettiv, li jmur lil hinn minn targets li jkunu short term. Iz-zaghzagh kif wkoll dawk inqas zaghzagh irid ikollhom ambjent li fih jistghu jilhqu il-milja taghhom: dik ta’ imhabba dejjiema li tinbet f’hajja gdida. L-ulied ta’ llum – il-generazzjonijiet futuri – ma nistghux nitfghu fuqhom piz li jkun tqil wisq ghalihom. Dan ikun egoizmu kbir minn naha taghna, l-generazzjonijiet ta’ llum. Dan jitlob politika favur il-familji u t-twelid tal-ulied, kif ukoll politika li thares lejn is-solidarjeta’ bejn il-generazzjonijiet, dawk prezenti u dawk futuri.

Il-familja bhala suggett

Fil-Familiaris Consortio, San Papa Gwanni Pawlu II kien talab lil familja tkun dak li hi: Familja kun dak li int! Din l-esortazzjoni ta’ San Gwanni Pawlu II tindika illi l-familja mhiex biss oggett ta’ pastorali izda wkoll suggett tall-pastorali, suggett li jkun konxju tal-identia’ tieghu u jghixha. Il-familji huma wkoll suggetti socjali (bhala l-ewwel cellula tas-socjeta’) u “protogonisti” ta’ dik li hi magħrufa bħala “il-politika tal-familja” u “jieħdu fuqhom ir-responsabbiltà li jbiddlu għat-tajjeb lis-soċjetà”. Dankollu ikun aktar effettiv u l-familji jaqdu l-missjoni taghhom ahjar jekk il-familji ikunu maghqudin. F’dan il-kuntest wiehed ma jistax ma jsemmix illi generalment fil-qasam ekonomiku il-familja hija kkunsidrata bhala konsumatur u mhux bhala rizorsa.

L-akkumpanjamenti tal-familji u hajja komunitarja

Jehtieq li nifhmu l-importanza tal-komunita’ ekklezjali (Knisja, parrocci, movimenti, assocjazzjonijiet, gruppi) li ghandha takkumpanja lill-familji bhala knisja domestika (ara pjan pastorali Knisja Wahda Vjagg Wiehed). Dan ikun okkazjoni wkoll biex il-Moviment ta’ Kana u l-komunitajiet Insara jipproponu u jaghtu akkumpanjament lill-koppji, specjalment lil dawk li jkun qed jibdew il-hajja tal-familja taghhom, biex jghixu l-vokazzjoni taghhom. Il-preparazzjoni ghaz-zwieg ghandha fejn possibbli tkompli f’mixja ma’ familji ohra solidali flimkien f’hajja komunitarja, ovvjament b’rispett lejn il-liberta’ ta’ kulhadd.

Ir-rwol u missjoni edukattivi tal-familja

Tkellimt dwar il-familja, u l-kwistjoni tat-tnissil ta’ hajja gdida. Ghalina it-tnissil (li tiggenera l-hajja) mhux biss fatt biologiku. Huwa wkoll process (i) ta’ introduzzjoni ghar-realta’ shiha, kollha kemm hi u ghalhekk wkoll ghat-tifsira taghha – rwol edukattiv, u (ii) ta’ generazzjoni fil-fidi. Dan huwa r-rwol edukattiv tal-familja; hu dover li l-genituri ma jistghux jirrinunzjaw ghalih. F’dan ir-rwol il-genituri jghaddu lil uliedhom dak li ghandhom l-aktar ghal qalbhom u li lilhom kien ta’ siwi biex jghixu il-prezent bhala parti mill-eternita’.

Kana: l-presenza u l-operat tieghu

Din mhiex missjoni tal-familji individwalment. Dak li l-Moviment ta’ Kana jista’ jkollu bhala agenda tista’ tkun differenti minn dik tal-istat jew ta’ operaturi ohra. Ahna m’ahniex NGO normali bhall ohrajn, m’ahniex agenzija filantropika. Ahna ghandna ir-responsabblita’ kemm tal-frieghi kif ukoll ta’ dak li qabel kenet tissejjah Kummissjoni Djocesana Familja. Ghalhekk agenda li ma jkollhiex lil Kristu bhala l-bidu u t-tmiem, jew ahjar lilu li jaghti konsistenza lill-ezistenza, identita’, missjoni u operat tal-familji nsara, tista’ tkun agenda tajba imma qarrieqa, ridotta jew inadegwata, ghax tinjora li hu Hu dak kollu li ghandna bzonn. Lil hinn minn Kana Ahna m’ahniex wahdena fil-qasam tal-familja. F’Malta hawn hafna realtajiet li b’xi mod jew iehor imissu l-familji. Il-moviment ta’ Kana jista’ jkun katalist biex kull min jahdem fil-kamp tal-familja jew mal-familji ikun jista’ jaqsam l-esperjenza tieghu mal-ohrajn. Immur lil hinn minn dan. Nahseb illi l-moviment ta’ Kana ghandu d-dover li jara li dan isehh.

Gheluq

Nittama li dan id-diskors jixpruna lilna lkoll biex b’realizmu u kuragg naghmlu hilitna biex inkunu leali lejn it-Tama li ma’ tqarraqx.

Persuna li tkun qed tbagħti jixirqilha l-aħjar kura palljativa sabiex hija tkun tista’ taffronta t-tbatija b’serenta’ u dinijta’

Stqarrija mill- Moviment ta’ Kana, rigward id-diskussjoni pubblika li qed issir dwar is-suwiċidju assistit.

01/07/2025   

Il-Moviment ta’ Kana jagħmel riferenza għall-pubblikazzjoni ta’ dokument li l-Gvern għamel bħala bażi ta’ diskussjoni pubblika dwar is-Suwiċidju Assistit.  B’dan id-dokument qasir hu qed jagħti l-krontribut tiegħu.

Il-Moviment ta’ Kana huwa kontra li tiddaħħal f’Malta l-ewtanasja volontarja assistita li fi kliem ieħor mhi xejn ħlief suwiċidju assistit. Dan id-dokument jitkellem dwar “kriterji, salvagwardji u proċeduri” meta wieħed li jkollu marda terminali jista’ jirrikorri għas-suwiċidju assistit. Iżda jieħu bħala skontat illi s-suwiċidju assistit għandu jkun permess, qisu bħal sinjal ta’ progress u ċivilta’. Hekk iriduna naħsbu!

Din id-diskussjoni pubblika ġiet imnedija meta f’pajjiżi oħra kien hemm moviment sabiex jiġi permess is-suwiċidju assistit. Qisu li ċ-ċivilta’ tiddependi minn kemm timxi mal-kurrent jew minn kemm toqgħod għal dak li Papa Franġisku kien isejjaħlu “kolonjaliżmu ideoloġiku”.  Dak li qed jiġi propost għad-diskussjoni mhux sinjal ta’ progress jew ta’ ċivilta’. Huwa l-oppost. Huwa ritorn għal dawk iż-żminijiet li fihom min kien dgħajjef kien piż u skart u ma kienx jixraqlu jgħix. M’għandniex ninsew illi kien il-Kristjaneżmu li biddel il-kultura Griega u Rumana li kienet tiċċelebra il-poter ta’ min hu b’saħħtu fuq il-ħajja ta’ min kien f’għajnejhom inqas. Kien il-Kristjaneżmu li ta għarfien u ddefenda lil
min hu vulnerabbli, batut u min kien fqir. Is-suwiċidju assistit, anki jekk tipprova tiġġustifikah
fuq id-dinjita’
 ta’ min hu batut, fir-realta’ tkun qed tnaqqaslu ħajtu, tnaqqsilha l-valur tagħha, u tnaqqaslu d-dinjita’ tiegħu.

Aħna jidhrilna illi l-persuna li tkun qed tbati jixirqilha l-aħjar kura paljattiva sabiex hija tkun tista’ taffronta t-tbatija b’serenita’ u b’dinjita’ u mhux taqta’ qalbha u tirrikorri għas- suwiċidju. Min ikun f’ din il-pożizzjoni għandhu jiġi megħjun sabiex ma jitlifx it-tama fid- dinjita’ tiegħu speċjalment fl-iktar mumenti diffiċli tiegħu. Is-suwiċidju assistit huwa sinjal tas-sfiduċja tas-soċjeta’ fil-ħajja mill-bidu tagħha sat-tmien tagħha, speċjalment meta l-persuna tkun f’mument kritiku ħafna. Hija għażla ta’ soċjeta’ li bil-fatti tkun qed tħares lejn il-ħajja bħala xi ħaġa li tista’ tiddisponi minnha (il-ħajja issir disposable) u l-agħar meta dan isir fl-aktar mumenti diffiċli; is-soċjeta’ tkun għażlet li minnflok tipproteġi lil min ikun dgħajjef u tgħinu jgħożż l-ħajtu, jiġifieri lilu nnifsu fl-istat li jkun fih, u jgħix ħajtu hekk kif inhu, tgħidlu li ħajtu, minħabba f’saħħtu u t-tbatija, m’ għandiex valur. Jekk is-soċjeta’ tippermetti is-suwiċidju assistit, dan inevitabbilment joħloq kultura fejn is-suwiċidju jsir għażla ta’ kif taffronta t-tbatija u d-dwejjaq, speċjalment f’min hu għaddej minn diffikultajiet emozzjonali u psikoloġiċi. Bl-introduzzjoni tas-suwiċidju assistit jinħoloq ambjent fejn min ibati, anki jekk jagħżel li joqtol lilu nnifsu, fir-realta’ ikun qed jgħix f’ambjent fejn iħoss li aħjar ineħħi ħajtu milli jkun piż għal ħaddieħor. jista’ jiddeċiedi dan minn qabel permezz tat-testment bijoloġiku. Bis-suwiċidju assistit il-ħajja titlef il-valur intrinsiku tagħha u ssir bħala oġġett li tagħmel minnha li trid. Imma l-ħajja mhux hekk. Bis-suwiċidju assistit it-tabib jew il-professjonist mediku minflok jgħinek tgħix, jgħinek toqtol lilek innifsek.  

Aħna bħala Moviment Kattoliku ma nistgħux ma nħarsux lejn dak Ġesu’, li aktar minn elfejn sena ilu daħal fl-istorja u wriena kif tgħannaq it-tbatija permezz tas-sagrifiċċju ta’ ħajtu. Hu stedinna nimxu warajh biex insibu l-ħajja. Hu ta bidu għal kultura ġdida fejn kull ħajja għandha valur infinit, ikunu x’ikunu iċ-ċirkostanzi li tinsab fihom. Din il-kultura llum għadha magħna. Hija kultura umana fl-interess tas-soċjeta’ u aktar minn hekk ta’ l-aktar vulnerabbli. Id-deċiżjoni hija jekk irridux din il-kultura tal-ħajja tkompli u tikber, jew bil-maqlub. Is-suwiċidju assistit huwa kontra din il-kultura tal-ħajja.

Aħna nħarsu lejn nies bħal Cicely Saunders li fl-Ingilterra waqqfet il-moviment tal-“hospice” permezz ta’ St. Christophers Hospice, fuq tradizzjoni nisranija ta’ kif tħares lejn it-tbatija u tikkonfrontaha mingħajr ma telimina min ikun qed ibati. Hija kienet pijuniera ta’ kif tista’ tgħin lil min ikun għaddej minn mard terminali u tgħinu jgħix ħajtu sal-aħħar b’dinjita’. Saunders kienet pijuniera tal-kura paljattiva. F’Malta l-inizjattiva tagħha ssoktat permezz ta’ Hospice Malta, li jurina liema hija t-triq li f’Malta għandna nieħdu.

Is-suwiċidju assistit huwa kontradizzjoni għall-kura paljattiva; iħott dak li l-kura paljattiva tirrappreżenta. Huwa wkoll soluzzjoni irħas minn dik tal-kura paljattiva. Iżda aħna jidhrilna li l-ħajja sal-aħħar mument tagħha tiswa aktar mill-mewt. Il-futur għal pajjiżna u kull min jgħix fih jitlob aktar investiment fil-kura paljattiva u li jiġu sostnuti dawk l-organiżżazzjonijiet li jagħtu servizzi paljattivi u għajnuna lill-familjari tal-morda. 

Forsi jenħtieġ illi s-soċjeta’ Maltija tagħraf illi t-tbatija, anki jekk krudila, għandha valur kbir, mhux biss għal min ikun għaddej minnha imma wkoll għal dawk ta’ madwaru. Ma nistgħux inħallu lil min ikun qed ibati waħdu, fejn l-unika soluzzjoni tkun tidher li tkun s-suwiċidju. Min hu daqshekk vulnerabbli jeħtieg l-imħabba u mhux l-abbandun għas-suwiċidju. Din l-imħabba mhiex teorija. Aħna rajniha u għadna narawha f’Ġesu’ li ma telaqniex waħedna għal rasna. Hu għadu preżenti f’dawk li ltaqgħu miegħu u qasmu l-imħabba tiegħu ma’ xulxin, fejn il-ħajja għandha valur assolut. Għalhekk irridu ċivilta’ tal-imħabba.

 

Moviment ta’ Kana

1 ta’  Lulju, 2025

Nagħżlu l-ħajja – L‑Isqof Galea‑Curmi

Omelija f’Jum il-Ħajja

02/02/2025    Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ħajja hija mimlija għażliet li rridu nagħmlu. Imma aħna lkoll li qegħdin hawn irċevejna l-ħajja u twelidna mhux b’għażla tagħna, imma għax kien hemm il-ġenituri tagħna li għażlu l-ħajja. Kien hemm min ħa ħsiebna b’għożża minn qabel twelidna, u wara. Għal dawn il-persuni aħna għandna biss gratitudni kbira.

Imma l-gratitudni hija akbar għax rawmuna f’ambjent li jgħożż il-ħajja. Minn meta konna żgħar, fost il-valuri prinċipali li wrewna u li għallmuna, kien hemm l-apprezzament tal-ħajja u tad-dinjità ta’ kull bniedem. Hija s-soċjetà Maltija wkoll li tul is-snin għarfet li l-ħajja hija prezzjuża dejjem, mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha sat-tmiem naturali tagħha. Għarfet li għandna nagħmlu ħilitna biex nipproteġu l-ħajja minn dak kollu li jheddidha, ikasbarha jew iġibha fix-xejn.

Dan hu li qed niċċelebraw illum. Hi ċelebrazzjoni pożittiva tal-ħajja, ta’ dak kollu li jsaħħaħ il-protezzjoni tal-ħajja fostna.

Sfidi ta’ żminijietna

Illum qed inħabbtu wiċċna ma’ diversi sfidi fejn tidħol il-protezzjoni tal-ħajja, u rridu lkoll nagħrfu l-għażliet li għandna nagħmlu quddiem dawn l-isfidi.

Hawn min iqiegħed għamad quddiem għajnejh biex ma jaċċettax il-verità – dak li tgħid ix-xjenza u li tarah illum bl-ultrasound – jiġifieri li l-ħajja umana tibda mat-tnissil, u jgħid li dawk ftit ċelloli fil-ġuf li tista’ tiddisponi minnhom. Imma jekk hemm diġà ħajja umana li bdiet, ukoll jekk għadha fil-bidu, jekk teliminaha int tkun qed teqred ħajja umana. Tista’ tgħidha bi kliem differenti, tista’ titkellem fuq iċ-ċelloli qisek qed titkellem fuq ċista, imma l-verità hi li meta teqred dawn iċ-ċelloli qed teqred ħajja umana li bdiet.

Hawn min jgħid li jekk irridu nkunu progressivi, irridu nippermettu li l-ħajja tista’ teqridha qabel titwieled. Hija tassew kontradizzjoni kbira li titkellem fuq progress jekk iċċaħħad il-progress ta’ min għadu żgħir ħafna u vulnerabbli u ma tħallihx jiżviluppa. Tkun tassew progressiv meta tħalli min hu ċkejken u dgħajjef jagħmel progress, anzi tinkoraġġixxi dan il-progress mhux toħonqu.

Aħna għandna għax nifirħu li nkunu l-ewwel fl-għożża tal-ħajja!

Hawn min jgħid li trid tħalli lil kulħadd fil-libertà. Jgħidulek: jekk inti temmen f’Alla, irrispetta l-ħajja mill-bidu nett; u lil min ma jemminx, ħallih fil-libertà jagħmel li jrid, timponix il-fidi tiegħek fuqna! Imma l-iżball hu hawn: mhijiex il-fidi imma x-xjenza li tgħidlek li hemm ħajja umana li bdiet. Il-fidi li tgħidlek hu li kull ħajja hija xbieha ta’ Alla, don tiegħu. Ma nistgħux nirraġunaw li fis-soċjetà l-ħajja umana għandha tkun imħarsa biss minn min jemmen, u min ma jemminx għandu dritt li jeqridha!

Hawn min jgħid li aħna l-Maltin qegħdin waħedna fir-rispett lejn il-ħajja mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Dan għandu jagħmilna kburin, mhux b’xi mod inħossuna inferjuri. Aħna għandna għax nifirħu li nkunu l-ewwel fl-għożża tal-ħajja!

Dawn huma sfidi li rridu naffaċċjaw bis-serenità imma b’mod ċar. Il-mument li aħna naċċettaw li l-ħajja umana li bdiet tista’ teliminaha, inkunu kissirna l-pedament tar-rispett lejn il-ħajja f’waqtiet oħra tul is-snin. Inkunu adottajna l-“kultura tal-iskart”, kif isejħilha b’mod qawwi l-Papa Franġisku.

Etika konsistenti favur il-ħajja

Hija l-għażla favur il-ħajja mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha li tgħinna biex ikollna etika konsistenti favur il-ħajja dejjem u sal-aħħar. Hu għalhekk li rridu nħarsu l-ħajja f’kull waqt tagħha. Dan juri ruħu fl-għażliet li nagħmlu.

Irridu nirsistu b’impenn għall-protezzjoni tal-ambjent, li jagħtina l-istess arja li nirrespiraw. Hemm ukoll nuru kemm hi għażiża jew le l-ħajja.

Irridu naħdmu biex ngħinu persuni li qed isofru vjolenza domestika jew abbuż, u li minħabba f’hekk il-ħajja tagħhom hija mhedda. Jeħtieġu kull għajnuna biex joħorġu mis-sitwazzjoni ta’ abbuż u jkunu rispettati fid-dinjità tagħhom.

Irridu nagħtu appoġġ lill-persuni li qed ifittxu l-kenn barra minn arthom – naħdmu biex ma jispiċċawx mgħarrqa fil-baħar huma u jfittxu ħajja ġdida.

Irridu nkunu ta’ spalla għall-persuni li għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali, li jeħtieġu kull appoġġ biex jistgħu jgħixu ħajja b’dinjità.

Irridu nibqgħu sodi kontra d-droga li mhijiex rikreazzjoni imma deġenerazzjoni.

Irridu nagħtu appoġġ lill-persuni li qed ifittxu l-kenn barra minn arthom – naħdmu biex ma jispiċċawx mgħarrqa fil-baħar huma u jfittxu ħajja ġdida.

Irridu niftakru li s-saħħa tas-soċjetà titqies mill-progress ta’ dawk l-aktar dgħajfa.

Għażla sal-aħħar

L-għażla favur il-ħajja tibda mill-bidu nett u tkompli sal-aħħar, sal-mument meta l-ħajja tintemm u ngħaddu għall-ħajja ta’ dejjem.

Hawn diversi persuni li jkunu f’sitwazzjoni ta’ dgħufija u vulnerabbiltà, speċjalment fis-snin ta’ età kbira. Il-messaġġ li rridu nagħtu huwa li l-ħajja ta’ kull persuna hi għażiża, u rridu ngħinu b’mod partikulari lil dawk li għaddejjin minn tbatija u li jeħtieġu kura paljattiva.

Fi kliem il-Papa Franġisku: “…il-kura paljattiva awtentika hi radikalment differenti mill-ewtanasja, li qatt ma hi għajn ta’ tama jew attenzjoni ġenwina għal min hu marid u min qed imut. Minflok, din hi falliment tal-imħabba, mera ta’ ‘kultura tal-iskart’ li fiha l-persuna m’għadniex inħossuha bħala valur primarju li għandna nirrispettawh u nieħdu ħsiebu. Tabilħaqq, l-ewtanasja hi spiss ippreżentata b’mod qarrieq bħala għamla ta’ kompassjoni. Imma l-‘kompassjoni’, kelma li tfisser ‘tbati ma’’, ma tinvolvix it-temma intenzjonata ta’ ħajja, imma pjuttost ir-rieda li wieħed jaqsam fit-toqol ta’ dawk li qed jaffaċċjaw l-aħħar stadji tal-pellegrinaġġ tagħna fuq din l-art” (Messaġġ f’Simposju Internazzjonali dwar il-Kura Paljattiva, 21-23 ta’ Mejju 2024).

Noffru t-tama

L-għażla favur il-ħajja tfisser li nieqfu ma’ min qed ibati –bħall-ommijiet li jsibu ruħhom f’diffikultajiet kbar u jkunu jeħtieġu appoġġ. Hu dan li toffri l-Knisja f’diversi parroċċi u komunitajiet tagħha, flimkien ma’ diversi istituzzjonijiet bħall-Moviment għad-Drittijiet, Protezzjoni u Żvilupp tat-tarbija li se titwieled, u l-Life Network Foundation – biex ħadd ma jitgħaffeġ taħt it-tbatija u biex tant ħajjiet umani jkunu salvati.

F’din il-festa tal-lum tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, nitolbu biex hu jkun dejjem “id-dawl biex idawwal il-ġnus”. Nitolbu biex aħna nwasslu dan id-dawl tiegħu bħala pellegrini tat-tama u noffru din it-tama Nisranija b’messaġġ ċar favur il-ħajja u d-dinjità ta’ kull bniedem: ngħożżu l-ħajja bl-imħabba, nagħżlu l-ħajja.

It-tama tagħna hi Ġesù – L-Arċisqof fil-ftuħ tal-Ġublew 2025

Quddiesa fil-ftuħ tal-Ġublew 2025 fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta bit‑tema ‘Pellegrini tat‑Tama’

29/12/2024    Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina Ġublew tat-Tama 2025Il-Kelma tal-Arċisqof

https://youtube.com/watch?v=l21VI0lg1A0%3Ffeature%3Doembed

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għeżież, “araw b’liema għożża ħabbna l-Missier; nistgħu nissejħu wlied Alla, u hekk aħna tassew” (1 Ġw 3:1). Din il-kelma tal-Appostlu San Ġwann, fl-ewwel ittra  tiegħu, tkun ta’ kuraġġ għalina, aħna u nibdew il-Ġublew Imqaddes tas-sena 2025. Ġublew, li l-Papa jixtieqna li fih nikbru bħala pellegrini ta’ tama. Il-pellegrin hu bniedem f’mixja; il-pellegrin ta’ tama jaf li hemm wegħda, kelma, li mhux se tonqos, u li mhux se tqarraq bih.

It-tama tagħna mhijiex illużjoni, mhijiex ħrafa, mhijiex ħlieqa tal-bnedmin; it-tama tagħna hi persuna: Ġesù. Aħna pellegrini, li pass pass, daqqa nogħtru, u daqqa le; resqin lejh.

Il-Papa Franġisku lilna l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, inħoss li tana konsenja speċjali, messaġġ speċjali. Meta fis-17 ta’ Mejju ltqajna miegħu, u staqsejnieh x’kienet ix-xewqa ta’ qalbu għal dan il-ġublew. Uża dan il-kliem bit-Taljan: ‘Una grande festa di misericordia (festa kbira ta’ ħniena)’.

“Araw b’liema għożża ħabbna l-Missier” (1 Ġw 3:1). L-ewwel esperjenza tal-ħniena, l-aħwa, mhux li tinfena bil-ħsieb tad-dnub tiegħek u ta’ ħaddieħor; imma li tagħraf kemm iħobbok Alla; li għażlek bħala bintu, bħala ibnu; li bagħat lil Ibnu fid-dinja, biex aħna nsiru wliedu, u nkunu wliedu tassew, u aħwa bejnietna. Biex ikun jista’ jgħallimna l-Mulej Ġesù, nitolbu hekk: “Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek” (Mt 6:9). L-Irxoxt lill-Maddalena jgħidilha li “sejjer għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom” (Ġw 20:17).

Il-Papa xtaq li fid-djoċesijiet kollha tad-dinja llum jibdew il-Ġublew għall-komunità lokali, anke għall-knejjes lokali. Hu inawgurah f’Ruma f’lejlet il-Milied, kif tafu. U llum, qegħdin nibdew bħala komunità ta’ fidi dan il-Ġublew. Mument ta’ grazzja u stedina ta’ ħniena. U Ġesù, meta ried jagħtina l-ħniena u jurina l-ħniena, waqqaf sagrament. L-ewwel sagrament hu l-magħmudija, li jaħfer id-dnubiet kollha; imma wara l-magħmudija hemm is-sagrament tal-qrar.

Min irid jiċċelebra l-Ġublew f’din is-sena, jibda ritmu ta’ qrar regolari. M’hemmx għalfejn kuljum, imma b’mod regolari, skont il-bżonn, u skont l-emerġenza wkoll. Nidħlu fl-ispirtu ta’ dan is-sagrament, li hu sagrament ta’ verità imma wkoll sagrament ta’ ħniena; mhux kamra tat-tortura, il-Papa jħobb ħafna jgħid: isma’ l-qrar mhux tortura! Il-qrar hu festa ta’ ħniena imma ta’ verità.

Tgħiduli: ‘imma f’dan il-Ġublew, hemm xi grazzja speċjali?’ Iva! Il-Papa jispjegahilna. Meta niċċelebraw il-Ġublew, bħalma qed nagħmlu llum, il-Knisja fil-misteru tax-Xirka tal-Qaddisin, tagħti wkoll li neħilsu mit-tpattija kollha ta’ dnubietna. Id-dnubiet tagħna jinħafru bil-qrar; it-tpattija tagħhom tinħafer ukoll bil-grazzja tal-Ġublew, dak li jgħidulu l-Indulġenzja Plenarja; meta l-Mulej, inaddfek sew minn ġewwa; u anke permezz tiegħek, jieħu ħsieb lill-maħbubin tiegħek li telqu qabilna.

L-ewwel sagrament hu l-magħmudija, li jaħfer id-dnubiet kollha; imma wara l-magħmudija hemm is-sagrament tal-qrar.

Din hi l-grazzja kbira ta’ din il-ħniena li qed toffri l-Knisja; li għal darba, darbtejn kuljum, jiena nista’ wkoll, neħles lil ħuti mejtin mit-tpattija kollha ta’ dnubiethom. U tgħiduli, x’għandi nagħmel? Iżżur il-Katidral, tgħid: il-Missierna, l-Kredu, u talba lill-Madonna; jiena nissuġġerixxi s-Salve Regina. Għaliex qed nissuġġerilkom is-Salva Regina? Għax “Sliema għalik Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa, tama tagħna”. U allura, peress li hemm dik il-frażi sabiħa, li lill-Madonna ngħidulha ‘tama tagħna’, f’din is-sena bħala pellegrini tat-tama; ta’ min nitolbuha ħafna t-talba ta’ ‘Sliema għalik Sultana’.

U barra minn hekk, din hi l-iżjed parti diffiċli, irridu nagħmlu sforz biex ninfatmu mill-ħażen li hemm fina, min fil-ftit, u min inqas ftit. Il-Papa qed jgħidilna, l-Indulġenza Plenarja tista’ teħodha wkoll anke mid-dar tiegħek, jekk inti marid, jekk inti l-ħabs, jekk inti f’residenza tal-anzjani, jekk int qed tieħu ħsieb xi ħadd u ma tistax tiċċaqlaq minn fejn inti. Tingħaqad magħna, mal-isqof, pereżempju meta jqaddes. Intom tafu li jiena kull nhar ta’ Ħadd inqaddes, u tkun trasmessa biex tilħaq kemm jista’ jkun nies li ma jistgħux jiġu l-Knisja; u tingħaqdu miegħi, u jkollkom l-indulġenza plenarja wkoll.

Imma l-Papa qed jissuġġerilna wkoll ‘l-Opri tal-Ħniena’. Għax jiena nilqa’ l-ħniena ta’ Alla imma rrid nuri l-ħniena tiegħi ma’ ħuti. U l-opri tal-ħniena huma dawk li jmissu l-ġisem: itma’ lil min hu bil-ġuħ, niftakru fis-soup kitchens tagħna – fil-Kċina ta’ Marta; isqi lil min hu bil-għatx, libbes lill-għarwien, ilqa’ lill-barranin, żur lill-morda, żur lill-priġunieri, idfen lill-mejtin. Dawn huma l-opri tal-ħniena materjali, li jmissu l-ġisem. Imma hemm ukoll l-opri tal-ħniena li jmissu r-ruħ spiritwali: agħti parir lil ħosbiena, bniedem inkwetat farrġu u mhux iżżidlu l-inkwiet; għallem lil min ma jafx – dak li jkun iftaħlu għajnejh; widdeb lill-midinbin, kultant nippreferu s-silenzju ħalli ngħixu ħajja komda (ibda minni nnifsi); farraġ lill-imnikktin, aħfer il-ħtijiet. Forsi din tal-aħħar l-iktar waħda diffiċli. Tista’ tieħu l-indulġenza plenarja jekk hemm xi ħadd irrabjat għalih? Taħfirlu. Altru, Missierna, Sliema u Qaddisa! Hawn il-prezz qed jogħla! Stabar b’min idejqek – din ukoll, il-paċenzja. Kieku nifhmuha din, li anke fit-traffiku nieħdu naqra paċenzja b’xulxin, tgħid illum soqt u ħadt indulġenza plenarja. Itlob lil Alla għall-ħajjin u għall-mejtin. Imma mbagħad il-Papa jinsisti wkoll għaż-żjajjar ta’ min hu fil-bżonn jew f’diffikultà: morda, priġunieri, anzjani weħidhom, persuni b’diżabbiltà.

Fl-ewwel tas-sena, pereżempju, nagħmlu l-Maratona tad-Dar tal-Providenza. Ejjew żuruha lil din id-Dar, iltaqgħu mar-residenti; dan il-kuntatt iġib ukoll fuqna ħniena kbira. Imma fuq kollox ukoll, il-Papa qed jinsisti li nidħlu fi spirtu ta’ sabar u anke ta’ kontroll tagħna nfusna.

It-tama tagħna mhijiex illużjoni, mhijiex ħrafa, mhijiex ħlieqa tal-bnedmin; it-tama tagħna hi persuna: Ġesù.

F’ħin minnhom jgħid, isma’ aħna nhar ta’ Ġimgħa mhux biss tajjeb li ssum mil-laħam; imma mhux aħjar il-Papa jgħid issum mill-internet? Minn konsum żejjed? U jgħid ukoll nagħtu somma proporzjonata ta’ flus lill-foqra. Għandna diversi inizjattivi; jiena nbierek lill-poplu tagħna kemm hu ġeneruż; il-maratoni li jsiru huma xhieda ta’ kemm il-poplu tagħna hu ġeneruż. Ħu pereżempju, l-istrina, hi festa li tagħmlilna unur. U l-Papa qed jgħidilna dik ukoll opra ta’ ħniena, li tiġbed fuqek il-ħniena ta’ Alla, imma wkoll xogħlijiet ta’ natura reliġjuża jew soċjali.

Issa ħa nikkwota lill-Papa, speċjalment inizjattivi favur id-difiża u l-protezzjoni tal-ħajja, fil-fażijiet kollha tagħha, u tal-kwalità tal-ħajja nnifisha; tat-tfal abbandunati, għandna l-Fondazzjoni Sebħ; ta’ żgħażagħ f’diffikultà, għandna l-Caritas; ta’ anzjani fil-bżonn, jew weħidhom; ta’ migranti minn diversi pajjiżi.

Ejjew noħolmu kif nistgħu nuru mħabba konkreta ma’ kulħadd, biex din il-festa kbira ta’ ħniena, ma tkunx biss ta’ ġid għalija, imma ta’ faraġ għall-proxxmu. U tassew din is-sena għall-poplu tagħna hi festa kbira ta’ ħniena. 

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta

Intom tajtu sinjal ta’ mħabba lil xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2024

04/01/2025    Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!” (Iż 60:1). Din il-festa tal-Epifanija hi wieħed mill-mumenti importanti fil-festi tal-Milied, li jikkonkludu bil-festa tal-magħmudija tal-Mulej. Imma hi festa ta’ dawl. Il-Mulej jiddi bħala dawl mhux biss fil-ħolqien fis-sinjal tal-kewkba; imma jiġi preżentat lilna lkoll il-ġnus, bħala dawl ta’ ħajjitna. Il-profeta Iżaija, meta jitkellem fuq id-dawl, qed jitkellem fuq l-esperjenza tal-imħabba ta’ Alla u tal-ħniena tiegħu.   

“Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!” (Iż 60:1) L-awgurju tiegħi għalikom hu li f’xulxin, bl-inżul u t-tlajja tal-ħajja, isibu l-esperjenza ta’ dan id-dawl ta’ ħniena, imħabba u faraġ. U jekk inti qed tipprova tfittex il-kewkba li tindikalek fejn hemm il-Mulej bil-ħniena tiegħu, nistiednek li ssibha fil-qalb tal-maħbub jew il-maħbuba ta’ qalbek u ta’ ħajtek. Dik hi l-kewkba li l-Mulej għażel għalik.

Nifirħilkom u nawguralkom tal-għażla li tbierku ż-żwieġ tagħkom bis-sagrament is-sena li għaddiet. Bis-sagrament li rċivejtu, il-Mulej jagħmel minnkom ilkoll dawl għall-ġnus. F’dinja għatxana għat-tama, intom l-għeżież li għażiltu li timpenjaw ruħkom fit-triq tal-imħabba miżżewġa, intom sinjal ta’ tama. Is-sinjal ta’ tama li l-kelma ta’ min iżommha; u minkejja d-dgħufija tagħna, għandna rieda sħiħa li nżommuha. Intom tajtu kelma lil xulxin, li tkunu fidili għal xulxin, fir-risq it-tajjeb u l-ħażin, fil-mard u fis-saħħa tul ħajjitkom kollha. Intom tajtu sinjal ta’ mħabba lil xulxin.

U meta tajtu ċ-ċurkett lil xulxin għedtu dawn il-kliem għeżież: “Ħu dan iċ-ċurkett, sinjal ta’ mħabbti u l-fedeltà tiegħi lejk. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu”. Il-kunsens li għamiltu hi l-kelma li tajtu.

Intom tafu li l-kunsens kien it-tieġ, issa qegħdin tgħixu ż-żwieġ. It-tieġ jgħaddi, forsi l-kontijiet ma jgħaddux malajr, imma ż-żwieġ trid tgħixu kuljum. Hu wkoll għandu l-kont, il-kont miegħek innifsek; il-kont li jħabbat fuq l-egoiżmu ta’ kull wieħed u kull waħda minna, u jistedinna nagħtu ħajjitna; il-kont fuq in-nuqqas ta’ paċenzja tagħna, u jistedinna li nistabru b’xulxin.

Inħobb nirrepeti l-inċident ħelu lejn it-tmiem il-ħajja ta’ San Ġorġ Preca, meta t-tabib tiegħu Dr Spiteri ddeċieda li jiżżewweġ, u mar għand Dun Ġorġ għal parir. Sinjur, se niżżewweġ, tagħtini parir? Dun Ġorġ, lil dan it-tabib żagħżugħ, qallu: Dottore, mur id-dar u fuq il-blata ta’ kull bieb ta’ kull kamra ikteb tliet kelmiet: ‘Paċenzja, paċenzja, paċenzja’. U l-paċenzja fil-ħajja miżżewġa ssir id-dizzjunarju tal-imħabba u tal-ħniena. Dr Spiteri laħaq qalli, ‘U kelli bżonnha din il-paċenzja, Dun!’ Il-Mulej bierek lilu u lill-mara b’ħajja twila flimkien, imma żgur kienet il-ħajja bħal tagħkom ilkoll, imżewqa bil-bnazzi u bil-maltemp.

Jiena nawguralkom ħafna, li f’xulxin issibu l-kewkba li tferraħkom; u li fil-mumenti tad-dlam u tat-tbatija, ssibu min jgħinkom verament. Il-liturġija tat-tieġ, titlob fuqkom li ssibu ħbieb li jirrispettawkom fl-impenn għal xulxin, ma jkunux ta’ tfixkil. Nawguralkom li ssibu ħbieb hekk. Ftakru li intom inftamtu mill-familja li l-Mulej berikkom fiha, biex tagħmlu l-familja tagħkom.

Forsi smajtuni nitlob, biex ma ngħidx nittallab u nitkarrab, biex f’Malta jkollna l-barka tal-ulied. Din it-talba nagħmilha lilkom ukoll; imma nirrispetta d-deċiżjonijiet tagħkom. Itolbu għall-barka tal-ulied, biex meta l-Mulej, fil-ħniena tiegħu jżejjinkom bl-ulied, jimliekom ukoll bil-ferħ. Imma jiena nawguralkom ukoll ħajja twila flimkien. Tinsewx li l-Mulej ma jqarraqx bina, ma jingannaniex, se jgħinkom tgħixu l-fedeltà għal xulxin. “Ara d-dlamijiet jiksu l-art, u sħab iswed il-popli; iżda fuqek jiddi l-Mulej, u sebħu jfeġġ fuqek” (Iż 60:2).

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta

Fik sibt il-għaxqa tiegħi

Quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2025

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa tal-Magħmudija tal-Mulej li qed niċċelebraw illum tgħinna nirriflettu fuq mument profond fil-ħajja ta’ Ġesù – mument li juri l-identità u l-missjoni tiegħu, mibnija fuq l-imħabba u s-servizz. Hi opportunità tajba speċjalment għalikom li qegħdin tħejju biex tidħlu għas-sagrament taż-żwieġ din is-sena. Din il-festa toffri dawl speċjali fuq dan il-vjaġġ li se tibdew, vjaġġ ukoll mibni fuq l-imħabba, l-għotja tagħkom lil xulxin, u l-grazzja divina.

Il-magħmudija: bidu ġdid

Fl-Evanġelju tal-lum, naraw lil Ġesù ġej lejn ix-Xmara Ġordan biex jitgħammed minn Ġwanni. Għalkemm kien bla dnub, Ġesù għażel li jidentifika ruħu mal-ħtieġa tat-tiġdid tal-umanità. Kien hu li qaddes l-ilma, mhux l-ilma li qaddes lil Ġesù. Il-magħmudija tiegħu mmarkat il-bidu tal-ministeru pubbliku tiegħu, missjoni ta’ mħabba u salvazzjoni.

Bl-istess mod, is-sagrament taż-żwieġ jimmarka bidu ġdid għalikom bħala koppja. Mhuwiex biss ċelebrazzjoni tal-imħabba tagħkom imma dħul f’missjoni qaddisa – li tirriflettu l-imħabba ta’ Alla lid-dinja permezz tar-relazzjoni tagħkom. Kif il-magħmudija ta’ Ġesù wriet b’mod ċar il-missjoni tiegħu, hekk ukoll iż-żwieġ li qed tħejju għalih se jkun juri din il-missjoni sabiħa li għaliha Alla sejħilkom: li tagħtu xhieda tal-imħabba ta’ Alla u tkunu sinjal ta’ tama fis-soċjetà Maltija llum.

Il-leħen mis-smewwiet: “Inti ibni l-għażiż”

Fil-magħmudija ta’ Ġesù, kif smajna fl-Evanġelju, is-smewwiet infetħu u l-leħen mis-sema, il-leħen tal-Missier, iddikjara: “Int ibni l-għażiż. Fik sibt il-għaxqa tiegħi” (Lq 3:22). Din l-affermazzjoni ta’ mħabba u identità tfakkarna fl-oriġini ta’ kull imħabba li ġejja minn Alla.

Għax nissieħbu ma’ Ġesù, il-Missier jgħid din il-kelma fuq kull wieħed u waħda minna fil-magħmudija tagħna, u jkompli jgħidha tul ħajjitna kollha. Jgħidilna, lil kull wieħed u waħda minna: int ibni l-għażiż, int binti l-għażiża, fik sibt il-għaxqa tiegħi.

Fiż-żwieġ, intom imsejħa biex tkunu dan il-leħen għal xulxin. Fi żminijiet tajba u f’dawk diffiċli, il-kliem u l-għemejjel tagħkom għandhom dejjem jaffermaw: int l-għażiż tiegħi. inti l-għażiża tiegħi. Fik insib l-għaxqa tiegħi. Hu kliem li ma jkunx biss kliem imma li jkun tassew ħiereġ mill-qalb. Dan mhuwiex biss sentiment li tgħaddi, imma impenn biex tħarsu lejn xulxin b’għajnejn tal-fidi, u tirrikonoxxu x-xbieha ta’ Alla f’xulxin.

Il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu

L-Evanġelju jgħidilna wkoll li l-Ispirtu s-Santu niżel fuq Ġesù fis-sura ta’ ħamiema. L-Ispirtu saħħaħ lil Ġesù għall-missjoni tiegħu, u bl-istess mod, hu dan l-Ispirtu li jseddaqkom fiż-żwieġ tagħkom.

Iż-żwieġ mhuwiex dejjem faċli. Se jkun hemm sfidi, kultant nuqqas ta’ ftehim, u sagrifiċċji li jkun hemm bżonn li tagħmlu. Imma l-Ispirtu s-Santu hu dak li jakkumpanjakom b’mod kostanti, li jagħtikom l-għerf, is-sabar, u l-kuraġġ biex tgħixu b’mod għaqli dawn il-mumenti flimkien. Inħeġġiġkom biex tistiednu lill-Ispirtu s-Santu fir-relazzjoni tagħkom kuljum permezz tat-talb, permezz tal-imħabba u l-maħfra, u permezz tal-għemejjel tajba. Inħeġġiġkom ukoll biex tgħixu din l-esperjenza tal-Ispirtu ta’ Alla speċjalment bil-quddiesa kull nhar ta’ Ħadd flimkien, li tant iġġib barka lilkom fil-ħajja taż-żwieġ tagħkom.

Iż-żwieġ: sagrament ta’ servizz

Il-magħmudija ta’ Ġesù ma kinitx biss dwaru nnifsu, b’mod li toħroġ ċara l-identità tiegħu; kienet ukoll dwar il-missjoni tiegħu li jservi lil ħaddieħor. Bl-istess mod, iż-żwieġ tagħkom mhuwiex biss għall-hena tagħkom imma għall-ġid tal-Knisja u tad-dinja, għall-ġid tal-oħrajn. Permezz tal-imħabba tagħkom, issiru xhieda tal-patt ta’ Alla – sinjal ħaj tal-fedeltà u l-ħniena tiegħu.

Aħsbu fid-dar tagħkom futura bħala knisja żgħira, post fejn Kristu huwa preżenti fl-imħabba, fl-ospitalità, u fil-kura tagħkom għall-oħrajn. Iż-żwieġ tagħkom huwa vokazzjoni, sejħa biex tkunu strumenti tal-imħabba ta’ Alla l-ewwel għal xulxin imma wkoll għall-familja tagħkom, ħbieb, u saħansitra għan-nies li ma tafux.

Ispirazzjoni

Hekk kif niċċelebraw il-magħmudija tal-Mulej, niftakru li l-missjoni tiegħu bdiet b’att ta’ umiltà, imħabba, u ubbidjenza għar-rieda tal-Missier. Jalla dan ikun ta’ ispirazzjoni għalikom hekk kif tħejju ruħkom għas-sagrament taż-żwieġ.

Ħa jgħinkom il-Mulej tegħlbu kull ostaklu għall-imħabba lejn xulxin, ma tħallu lil ħadd jidħol fin-nofs u jtellef l-għotja tagħkom lil xulxin, u tfittxu dejjem l-għajnuna mingħand min jista’ verament jagħmlilkom il-ġid.

Ħa jkun il-vjaġġ tagħkom mimli bil-grazzja ta’ Alla, il-gwida tal-Ispirtu s-Santu, u l-assigurazzjoni li intom maħbubin mill-Missier. Meta tieqfu quddiem l-artal fil-jum tat-tieġ tagħkom, ħa tisimgħu f’qalbkom l-istess kliem li qal il-Missier lil Ġesù: “Inti ibni l-għażiż. Fik sibt il-għaxqa tiegħi.”

Nitlob lil Alla jberikkom f’din it-triq qaddisa, u jalla ż-żwieġ tagħkom ikun dawl fid-dinja li jirrifletti s-sbuħija tal-imħabba eterna ta’ Alla, miftuħ ukoll għal kull don ta’ ħajja ġdida li Alla jagħtikom fi ħdan iż-żwieġ tagħkom.

Talba

Nagħmel din it-talba speċjalment għalikom li se tiżżewġu dis-sena: Missierna li inti fis-smewwiet, bierek lil dawn il-koppji hekk kif iħejju ruħhom għas-sagrament taż-żwieġ. Imla l-qlub tagħhom bl-imħabba tiegħek, saħħaħ l-impenn tagħhom, u mexxihom bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu. Ħa tkun l-għaqda tagħhom rifless tal-grazzja tiegħek u xhieda tal-imħabba fidila tiegħek, u ħa jgħixu dejjem il-kliem li inti għedt u li llum infakkru fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej: fik sibt il-għaxqa tiegħi.

✠ Joseph Galea-Curmi   
    Isqof Awżiljarju

“Il-fertilità qed tonqos minħabba nuqqas ta’ għarfien” – Calleja Agius

L-Assemblea Ġenerali tal-IEEF inżammet f’Malta

Artilku Luke Vella – News Book Malta. Ritratti Erika Lanzafame

Prof. Jean Calleja Agius, waħda mill-kelliema fil-konferenza, qalet ma’ Newsbook Malta li qed qed “ngħixu f’pajjiż li l-fertilità qiegħda tonqos u dan hu rifless tad-dinja żviluppata.”

Hi kompliet li għaldaqstant wieħed għandu jżomm f’moħħu l-iktar affarijiet bażiċi li ħafna drabi jintesew. Fosthom semmiet kif hu tajjeb li wieħed jieħu ħsieb saħħtu u għaldaqstant il-piż – “la żżejjed u lanqas in-nieqes”, li jiġi evitat it-tipjip u x-xorb alkoħoliku kif ukoll li wieħed ma jikkunsmax drogi.

Dan intqal fil-konferenza dwar il-fertilità u n-nuqqas tagħha, organizzat mill-Istitut Ewropew għall-Edukazzjoni tal-Familja (IEEF). Matulha saru żewġ indirizzi: preżentazzjoni minn Prof. Jean Calleja Agius dwar l-irwol tal-Ippjanar Naturali tal-Familja (NFP – Natural Family Planning) fid-dawl tal-fertilità, u indirizz ieħor minn Dr Micaela Menarguez dwar il-bilanċ fis-saħħa ormonika tan-nisa u l-awtonomija personali.

Il-kelliema u l-Professur tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija qalet li l-NFP għandu postu fis-soċjetà kontemporanja, hekk kif dan huwa l-ewwel pass.

“Kull min jiżżewweġ bil-Knisja jaf li fil-korsijiet ta’ Kana jingħadda l-NFP lill-koppji li jattendu. Dan għaliex li int tagħraf il-fertilità tiegħek bħala mara u bħala koppja huwa importanti għaliex tagħraf is-sistema riproduttiva tiegħek u anke biex jekk ikun hemm xi problema, tindirizzaha u tirranġaha mill-iktar fis,” sostniet.

Hija spjegat li f’każ li dan kollu ma jwassalx għal riżultati mixtieqi, ikun hemm il-lok għal interventi oħrajn biex jiġu aġġustati sistemi li jgħinu lil koppja biex ikollha t-tfal.

Hija kompliet li “f’Malta, aħna xxurtjati li għandna dawn is-servizzi disponibbli, però ma għandniex ninsew li għandna nibdew mill-ewwel pass: li nifhmu ċ-ċiklu riproduttiv tagħna.”

X’jagħmel l-Istitut Ewropew għall-Edukazzjoni tal-Familja?

L-għan tal-IEEF, li ilu mwaqqaf 62 sena hekk kif jaf il-bidu tiegħu fi Grenoble ġo Franza fl-1962, huwa li tagħti s-sostenn lill-familji billi tipprovdi l-edukazzjoni dwar l-aspett ta’ familja lill-koppji, kif ukoll il-preparazzjoni għal żwieġ san u miftuħ għall-ħajja. Huma joħolqu wkoll kuxjenza dwar il-fertilità kif ukoll l-NFP.

Il-koordinatriċi tat-tim responsabbli mill-Kuxjenza dwar il-Fertilità (F/A) u n-NFP Pauline Tufigno qalet ma’ Newsbook Malta li din l-assemblea li ssir f’pajjiżi differenti tal-Ewropa, din id-darba qed issir f’Malta hekk kif il-Moviment ta’ Kana huwa wieħed mill-membri fi ħdan l-IEEF. Għal din il-konferenza li qed issir f’Mount St Joseph ġewwa l-Mosta, qed jattendu madwar 38 delegat mill-Ewropa kollha li qed jirrappreżentaw 18-il organizzazzjoni minn 15-il pajjiż.

Il-Moviment ta’ Kana joffri servizzi għal problemi ta’ infertilità fost oħrajn

Pauline Tufigno li hija wkoll fit-tim tal-Moviment ta’ Kana spjegat kif il-Moviment ta’ Kana ma jassistix biss il-koppji qabel iż-żwieġ, iżda wkoll fil-perkors tal-ħajja miżżewġa.

Is-servizzi ta’ terapija u appoġġ jikkonsistu minn:

  • servizz ta’ counselling u psikoterapija għall-koppji u individwi
  • servizz psikoloġiku għat-tfal u għal adolexxenti
  • servizz ta’ terapija tal-familja
  • servizz ta’ Infertility Counselling u appoġġ
  • servizz ta’ rikonċiljazzjoni għall-koppji u għall-familji
  • servizz ta’ coaching personalizzat għal ġenituri jew kustodji tat-tfal jew adoloxxenti

Spjegat li fost is-servizzi terapewtiċi għall-koppji dwar il-familja, ir-relazzjonijiet kif ukoll minħabba sitwazzjonijiet personali, hemm ukoll servizz ta’ counselling minħabba l-infertilità.

Il-Moviment ta’ Kana, li twaqqaf 6 snin qabel l-IEEF, huwa membru tal-IEEF flimkien ma’ bosta organizzazzjonijiet oħrajn fl-Ewropa. Il-Moviment li wkoll iżomm il-familja fil-qalba tal-missjoni tiegħu, jassisti l-koppji mhux biss qabel iż-żwieġ fl-hekk imsejħin “Il-Kors ta’ Kana” iżda wkoll fil-ħajja miżżewġa. Dan għaliex il-Moviment għandu servizzi li jgħinu lill-membri tal-koppja fid-diffikultajiet personali jew fil-problemi tar-relazzjoni, jgħin biex jissaħħu ż-żwieġ u l-familja, kif ukoll jirsisti biex jippromwovi l-ħajja miżżewġa bħala waħda li ma tinħallx, leali u miftuħa għall-ħajja.

Il-Moviment ta’ Kana wkoll jipprovdi dawn il-korsijiet tal-ippjanar naturali tal-familja sabiex tingħata opportunità lill-koppja biex isiru jafu aktar dwar kif jaħdem il-ġisem u l-fertilità tagħhom, biex jitgħallmu iktar dwar is-sabiħ tas-sistema riproduttiva (kemm dwar kif tista’ tinqabad tqila jew kif tista’ tevita tqala b’mod responsabbli u naturali), kif ukoll biex jiddjalogaw u jiddeċiedu flimkien fuq realtajiet tant importanti u sbieħ fil-ħajja taż-żwieġ.

Il-Moviment jipprovdi wkoll kors ta’ taħriġ fuq kif trabbi t-tfal, fejn jiġu ppreżentati u diskussi prattiċi li jgħinu lill-koppja taffaċċja b’mod pożittiv l-isfidi li ġġib it-trobbija. Dawn il-korsijiet joffru sapport billi jgħinu lill-ġenituri jagħrfu l-bżonnijiet tagħhom u jtejbu l-ħiliet tagħhom fiċ-ċirkustanzi tat-trobbija.

Ritratt: Erika Lanzafame

Ritratt: Erika Lanzafame

1700 persuna użat is-servizz ta’ terapija tal-Moviment ta’ Kana

Tufigno qalet li matul is-sena li għaddiet kien hemm 1697 persuna li għamlu użu mis-servizz ta’ terapija u appoġġ li għandu l-Moviment ta’ Kana. Dan filwaqt li 28 persuna oħra għamlu użu mis-servizz ta’ psikjatra, u 15-il persuna oħra użaw is-servizz ta’ avukat.

Matul is-sena li għaddiet, il-Moviment ta’ Kana ħejja 797 koppja għaż-żwieġ permezz tal-kors mandatorju li jipprepara lill-koppja għall-ħajja miżżewġa, liema kors hu ssuġġerit li jsir sentejn qabel iż-żwieġ. Mill-kważi 800 koppja li attendew għall-“kors ta’ kana” kienu 9 koppji biss li attendew għall-korsijiet tal-ippjanar naturali tal-familja (NFP).

Min-naħa l-oħra kien hemm 67 persuna li attendew għall-korsijiet ta’ positive parenting.

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali illi kellu mal-Fondazzjoni ta’ Kana, sabiex ikunu jistgħu jibqgħu joffru servizzi soċjali lill-individwi, koppji u anke familji li jkollhom bżonn sapport.

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali illi kellu mal-Fondazzjoni ta’ Kana, sabiex ikunu jistgħu jibqgħu joffru servizzi soċjali lill-individwi, koppji u anke familji li jkollhom bżonn sapport. L-għan ta’ din il-Fondazzjoni huwa li toffri sessjonijiet ta’ terapija kemm lil persuni individwali u anke familji.

Permezz ta’ dan il-ftehim soċjali ser ikunu qed jingħataw mal-2,380 siegħa fis-sena ta’ servizzi ta’ counselling, coaching u anke taħriġ dwar trobbija pożittiva. Dan is-sapport jingħata minn tim multi-dixxiplinarju ta’ psikoterapisti, counsellers, family therapists, psikoloġisti u anke parenting coaches.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Permanenti Mark Musù u anke t-tmexxija tal-Fondazzjoni ta’ Kana, waqt li kienu qed jippresedu l-iffirmar tal-ftehim.

“Kommessi li nkompli nagħtu l-appoġġ meħtieġ lill-familji. Permezz ta’ dan il-ftehim qed naraw li jkompli jiġi offrut servizz ta’ terapija kemm lill-individwi kif ukoll lill-familji, speċjalment meta jkun hemm tfal u anke adoloxxenti,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Joe Cassar saħaq illi l-għan ewlieni huwa li jgħinu persuni li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli u anke ta’ trawma, b’din il-ħidma ssir bla ebda distinzjoni għaliex jemmnu li kull forma ta’ familja jixirqilha attenzjoni u għajnuna.

“Jista’ jkun li aħna wkoll ninsabu f’din l-istess sitwazzjoni. Inħossuna diżillużi, diżappuntanti u forsi wkoll frustrati. Din ma tkunx l-ewwel darba għax fil-ħajja tal-Knisja dejjem kien hemm dawn is-sitwazzjonijiet.”

Diskors ta’ Mgr. Carmel Attard fil- ftuħ ta’ Sena Pastorali 2023.

Fit-triq ta’ Għemmaws

(Mk 16,12-13)

“Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kulma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom. Imbagħad wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu: “Inti waħdek il-barrani f’Ġerusalemm li ma tafx x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem?” “X’ġara?” staqsiehom Ġesù. Qalulu: “Dak li ġara lil Ġesù ta’ Nazaret, li kien profeta setgħan fl-għemil u fil-kliem quddiem Alla u quddiem il-poplu kollu, kif il-qassisin il-kbar u l-kapijiet tagħna tawh f’idejn il-gvernatur biex ikun ikkundannat għall-mewt u sallbuh. Aħna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Iżrael; iżda issa, fuq kollox ġa għaddew tlitt ijiem minn dawn il-ġrajja! Issa wkoll xi wħud min-nisa tagħna ħasduna, għax marru kmieni ħdejn il-qabar u l-katavru tiegħu ma sabuhx; ġew jgħidu wkoll li dehrulhom xi anġli li qalulhom li hu ħaj. Imbagħad marru ħdejn il-qabar xi wħud minn tagħna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa, imma lilu ma rawhx!” Qalilhom Ġesù: “Kemm intom boloh u tqal biex temmnu kulma qalu l-profeti! U ma kellux il-Messija jbati dan kollu u hekk jidħol fil-glorja tiegħu?” U beda minn Mosè u l-Profeti kollha jfissrilhom kulma kien hemm fl-Iskrittura fuqu.

Meta qorbu lejn ir-raħal fejn kienu sejrin hu għamel ta’ birruħu li hu kien se jibqa’ sejjer aktar ’il bogħod. Iżda huma ġegħluh jibqa’ magħhom u qalulu: “Ibqa’ magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm.” Imbagħad daħal biex joqgħod magħhom. U waqt li kien fuq il-mejda magħhom, qabad il-ħobż, qal il-barka, qasmu u tahulhom. Imbagħad infetħulhom għajnejhom u għarfuh, iżda hu għab minn quddiemhom. U wieħed lill-ieħor bdew jgħidu: “Ma kinitx imkebbsa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fit-triq u jfissrilna l-Iskrittura?” Dak il-ħin stess qamu u reġgħu lura Ġerusalemm. Hemm sabu lill-Ħdax u lil sħabhom miġbura flimkien, u dawn qalulhom: “Il-Mulej qam tassew, u deher lil Xmun!” U huma wkoll tarrfulhom x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż.

Bdejna din iċ-ċelebrazzjoni tal-lejla – il-Ftuħ tas-sena Pastorali 2023/2024 bis-silta mill-Evanġelju ta’ San  Luqa : ir-rakkkont ta’ Emmaws.

Dan huwa rakkort straordinarju u stupend. Żewġ dixxipli, li wieħed minnhom jismu Kleofa u l-ieħor ma nafux x’jismu. Għalhekk dak li m’għandux isem nista’ nkun jien u int.

Żewġ dixxipli sejrin lejn djarhom fir-raħal tagħhom – Emmaws.

Żewġ dixxipli diżappuntati u diżillużi.

Imma żewġ dixxipli jiddiskutu bejniethom ‘fuq kull ma kien ġara’. Dan il-kumment ta’ Luqa huwa importanti ħafna, għaliex minkejja d-diżappunt tagħhom, dak li kien ġara kien jinteressahom ħafna. Żgur li interess tagħhom kien ‘ Aħna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Israel’.

Imma mument importanti f’din il-mixja kien meta Ġesu nnifsu resaq lejhom u baqa miexi magħhom. Imma huma kellhom qalbhom magħluqa u ma ntebħux minn kien.

Jista’ jkun li aħna wkoll ninsabu f’din l-istess sitwazzjoni. Inħossuna diżillużi, diżappuntanti u forsi wkoll frustrati. Din ma tkunx l-ewwel darba għax fil-ħajja tal-Knisja dejjem kien hemm dawn is-sitwazzjonijiet.

Bħalissa ninsabu f’nofs esperjenza fil-Knisja Universali bl-esperjenza tas-Sinodu – esperjenza ta’ mixja flimkien – fejn kif qalilna l-Papa ħadd m’għandu jibqa’ lura. Għalhekk it-tema tas-Sinodu hi mibnija fuq tliet pilasti : Komunjoni, parteċipazzjoni u Missjoni.

Jiena nemmen li dawn it-tlett temi, barra li huma l-mixja tal-Knisja Universali, għandhom ikunu id-direzzjoni tal-Moviment ta’ Kana mhux biss għas-sena li ġejja imma wkoll għas-snin li ġejjin speċjalment issa li se jkun hemm dirazzjoni ġdida.

Kien għal dan il-għan li  dan l-aħħar il-Kunsill tal-Moviment ta’ Kana irrifletta ħafna fuqu nnifsu permezz ta’ diskussjonijiet interni. Għalhekk fix-xhur li għaddew il-Kunsill ħass il-bżonn li jikkooptja nies li qed jaħdmu fil-‘grassroots’, qed jaħdmu ma’ koppji u familji kif ukoll ma’ koppji li qed iħejju ruħhom għas-sagrament taż-żwieġ.

Matul dawn id-diskussjonijiet, fil-Kunsill ħareġ il-bżonn li nimxu bi pjan ta’ azzjoni  fuq tlett binarji biex il-ħidma kollha fil-pastorali tal-familja tkun flimkien ma’ oħrajn li għandhom għal qalbhom dan il-qasam.

Għalhekk l-ewwel binarju huwa li titwaqqaf Federazzjoni ta’ movimenti u għaqdiet oħra u  li qed jaħdmu f’xi qasam jew ieħor tal-familja. Dan il-ħsieb ħareġ meta is-sena li għaddiet diversi għaqdiet u movimenti impenjati fil-pastorali tal-familja ħadu sehem fil-Family Fair li saret waqt it-trade fair. Kienet esperjenza fejn uriet li flimkien nistgħu nagħtu ‘image’ posittiv tal-familja.

Għalhekk nista’ ngħid li dan l-ewwel binarju għandu jimxi fuq l-ewwel tema tas-Sinodu, il-Komunjoni.

It-tieni binarju huwa il-preparazzjoni għas-sagrament taż-żwieġ. Irridu nivvalutaw u jekk hemm bżonn nirristrutturaw il-prepazzjoni tal-koppji għas-sagrament taż-żwieġ. Dan l-aħħar il-Moviment ta’  Kana ippublika manwal ġdid għall-koppji mexxejja flimkien ma’ numru ta’ ħandawts li jingħataw lill-koppji għarajjes. Dan kien proġett li ħa ħafna żmien biex tlesta.

Irrid ngħid li l-manwal il-ġdid, għalkemm sabiħ u attraenti, ma jagħmilx mirakli. Għandna ħafna koppji mexxejja li qed jagħmlu l-almu tagħhom biex ikunu ppreparati u aġġornati mal-issues ġodda li jinqalgħu kuljum. Lil dawn il-koppji ngħidilhom grazzi kbira tal-impenn tagħkom.

Imma jiddispjaċini ngħid li hemm koppji oħrajn li baqgħu jużaw metodi u għajnuniet antiki. Irridu niftakru li ż-żgħażagħ li jiġu għandna għall-kors ta’ Kana, ħafna minnhom jiġu ‘għax bilfors’. Għalhekk ma jistennewx li min naħa tagħna isibu koppji mexxejja mhux preparati jew li qed jużaw metodi antikwati. Għalhekk nista’ ngħid li dan it-tieni binarju għandu jimxi fuq it-tema tas-Sinodu : il-parteċipazzjoni.

Marbut ma’ dan il-binarju, hemm imbagħad dokument importanti ħafna li ħareġ id-Dikasteru Lajċi, Familja u Ħajja tal-Vatikan : Cathecumenal pathways for married life.

Nemmen li dan id-dokument għandu jixprunana biex flimkien mal-Kappillani, il-Malta Youth Catholic Network u d-delegat tal-Arċisqof għall-Katekeżi naraw x’nistgħu nattwaw minnu.

Fl-introduzzjoni ta’ dan id-dokument Papa Franġisku iħeġġiġna b’dan il-kliem: ‘Be courageous! Let us begin to take th first steps! Let us initiate a process of pastoral renewal! Let us put our minds and hearts at the service of future families. I assure you that the Lord will sustain us, give us wisdom and strength, make our enthusiasm grow, and above all, allow us to experience the ‘delightful and comforting joy of evangelizing’ ( Evangelii Gaudium, 9)

It-tielet binarju huwa li matul din is-sena niddixxernu fuq il-Moviment ta’ Kana u speċjalment fuq l-operat tiegħu.

Lit-tim li se jkun qed jaħdem fuq dan il-binarju nissuġerilu li qabel xejn jaqra’ is-serje  ta’ udjenzi Ġenerali li għamel Papa Franġisku propju fuq it-tema tad-dixxerniment għax kif naqraw ‘Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, għalxejn jitħabtu l-bennejja’.

Għalhekk inxebbaħ il-ħidma ta’ dan il-binarju mat-tielet tema tas-Sinodu : il-Missjoni.

X’se tkun din is-sena għall-Moviment ta’ Kana?

  1. Il-Moviment ta’ Kana se jkollu direttur ġdid. Wara kważi tmien snin bħala Direttur tal-Moviment ta’ Kana kont qed naħseb li  wasal iż-żmien biex kif isir fil-futbol ‘indendel iż-żarbun’ għax ovvjament l-enerġija ma tibqax l-istess. B’umilta’ ngħid li ħdimt minn qalbi biex il-Moviment ta’ Kana jissaħħah.  Il-bidu kien iebes għaliex tmien snin ilu kellna niffaċċjaw kriżi  kbira – kif se nikkonvinċu lill-gvern ikompli jagħti is-somma ta’ 70,000 ewro kull sena għall-operat. Imma bil-mod il-mod wasalna fi ftiehem mal-Gvern biex jissusidja parti mill-ispejjes tas-servizzi ta’ terrrapija. Jekk Alla jrid lejn l-aħħar ta’ din is-sena se jsir l-iffirmar tat-tielet ftiehem mal-Ministeru tal-Familja.

Dawn it-tmien snin kienu snin fejn tgħallimt ħafna.

  • Tgħallimt ħafna mill-ġenerożita kbira tal-koppji mexxejja tal-korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ. Ammirajt u  se nibqa’ nammira id-dedikazzjoni tagħkom. Min hawn ngħidilkom grazzi. Keep up the good work.
  • Tgħallimt mill-Gruppi Familji Nsara speċjalment fl-impenn għall-formazzjoni tal-membri. Nappella lill-Gruppi Familji Nsara biex kif  qalilna l-Papa San Ġwanni Pawlu II ikollna l-kuraġġ li naqdfu ‘l barra fil-fond u nistiednu koppji miżżewġin ġodda oħra biex jingħaqdu magħhom.
  • Tgħallimt mill-counsellors speċjalment fil-mod ta’ iħaddmu l-ministeru tal-akkoljenza meta jiltaqgħu ma’ persuni mtaqqla bil-problemi.
  • Tgħallimt mill-Kunsill ta’ Kana fid-diskussjonijiet u fit-tfassil ta’ policies. Nawgura lin-new commers biex jaħdmu b’ħeġġa u entużjażmu fi ħdan il-Kunsill li huwa l-ogħla organu fit-tmexxija tal-Moviment.

Għalhekk nawgura lid-direttur il-ġdid ħidma fejjieda b’risq il-familja. Dan il-qasam mhux faċli għaliex illum il-familja kif iridha Alla ‘raġel wieħed u mara waħda’ qed tkun iċċalinġjata kontinwament. Nibqa’ nissapportjah sakemm ikun possibli.

  • Din is-sena wkoll se tkun ta’ sfida għall-Moviment għaliex se nkunu kostretti li niċċaqilqu mill-Istitut Kattoliku. It-tmexxija tal-Knisja f’Malta qed tippjana li l-Istitut Kattoliku ikun ċentru ta’ kultura u fidi. Irrid ngħid li bħalissa qegħdin fi proċess biex jinsab post adattat fil-Furjana stess fejn l-operat tagħna jibqa’ għaddej bla diffikulta’.
  • Id-Dar tal-Mall. Din hi dar li għandha importanza kbira għaliex qegħdha fiċ-ċentru tal-Furjana. Din id-dar hi propjeta tal-Moviment ta’  Kana u hemm il-permessi kollha  meħtieġa biex isir żvilupp fuqha. Nagħmel appell lill -Kunsill biex jiddeċiedi x’jsir minn din id-dar għax iż-żmien qiegħed jagħfas.
  • Kif semmejt aktar il-fuq, il-koppji mexxejja tal-Kors ta’ Kana huma pedament importanti fil-formazzjoni tal-koppji għarajjes għas-sagrament taż-żwieġ u għalhekk jeħtieġu formazzjoni kontinwa. B’dan il-ħsieb f’moħħna, tfassal programm ta’ sena għall-koppji mexxejja. L-iskop ta’ dan il-programm huwa biex il-koppji isiru jafu iktar ‘l xulxin u jitgħallmu minn xulxin. Il-programm huwa varjat ħafna għaliex se jkun jinkludi laqgħat ta’ formazzjoni, irtiri u anke mumenti fejn nissoċjaliżżaw. Dan il-programm se jieħu ħsieb Fr Aayrton Muscat, issa li ġie maħtur bħala Direttur Spiritwali tal-Moviment ta’ Kana.

Il-ħidma tiegħi minn issa ‘l quddiem

L-Ariċiqof xtaq li jagħti ħajja mill-ġdid lil dik li fl-antik kienet tissejjaħ il-Missjoni l-Kbira u l-missjoni ż-żgħira, fejn numru ta’ saċerdoti kienu jagħmlu ħidma ta’ evannġeliżazzjoni fil-parroċċi. Issa li dawn il-missjonijiet ġew soppressi, l-Arċisqof waqqaf il-Kulleġġ tas-Saċerdoti Missjunarji San Ġorġ Preca. Il-qaddis protettur kif jindika l-isem, San Ġorġ Preca li kellu ħafna għall-qalbu l-evanġeliżazzjoni speċjalment fost it-tfal u ż-żgħażagħ.

Din il-ħidma se tkun tikkonsisti filli flimkien ma’ saċerdoti oħra inżuru l-familji fi dajrhom, kuntatt personali, ħidma u attenzjoni lit-tfal speċjalment fl-iskejjel, kif ukoll attenzjoni lill-persuni li jinsbu fil-periferija tal-Knisja u tas-soċjeta’.

Din il-ħidma se ġġibna f’kuntatti dirett mar-realtajiet differenti tal-familja. Għalhekk dak li tgħallimt f’dawn l-aħħar tmien snin issa nista’ nużahom fil-parroċċi permezz ta’ dan il-kulleġġ.

Konklużjoni

Nagħlaq billi nirringrazzja lilek President tas-sapport li tajtni minkejja diffikultajiet li kien hemm; grazzi lill-Kunsill kollu u nawgura li jxammar il-kmiem għax hemm ħafna x’isir. Nirringrazzja lil Fr Aayrton li minkejja diffikultajiet ta’ traġitt sab il-ħin biex inkunu flimkien. Grazzi lilkom mhux li aċċettajtu l-istedina tagħna għal din iċ-ċelebrazzjoni illejla imma għall-ħidma kbira tagħkom b’risq il-familja.

Nitolbu l-Madonna ta’ Kana tbierek lilna u lill-familji tagħna.

Grazzi ħafna.

Dun Charles Attard