Servizzi ta’ Terapija u Appoġġ ta’ Kana

Aħna mpenjati li nipprovdu servizzi ta’ terapija professjonali u appoġġ f’perspettiva nisranija, bil-għan li nakkompanjaw lill-klijenti biex jilħqu dak li ġew għalih kemm bħala individwi, koppja jew membri ta’ familji b’saħħithom. B’perspettiva nisranija nifhmu li aħna nirrispetaw b’dinjita’ u mingħajr diskriminazzjoni kull persuna li tfittex is-servizzi tagħna.

Is-servizzi ta’ terapija u appoġġ jikkonsistu:

  • Servizz ta’ counselling u psikoterapija għall-koppji u individwi
  • Servizz psikoloġiku għat-tfal u għal adolexxenti
  • Serviżż ta’ terapija tal-familja
  • Servizz ta’ Infertility counselling u appoġġ
  • Servizz ta’ rikonċiljazzjoni għall-koppji u għall-familji
  • Servizz ta’ coaching personalizzat għal ġenituru jew carers tat-tfal jew adoloxxenti

Aħna impenjati li nagħtu servizz professjonali ta’ terapija u appoġġ ta’ l-aqwa kwalita‛ u fil-pront billi nikkuntatjaw lil-klijenti għal-ewwel appuntament fi żmien ġimgħa.

Dan hu servizz bi ħlas b’rata ferm issusidjata. Aħna nibqgħu noffru dan is-servizz anke għal dawk li ma jkunux jistgħu jħallsu.

Inti tista’ tikkuntatjana billi ċċempel fuq 22238000, 79014827, 79011435 jew billi timla l-formola t’hawn taħt.

Let us offer our support

Name(Required)
This field is for validation purposes and should be left unchanged.