Waħda mill-attivitajiet importanti ta’ kull sena tal-Moviment ta’ Kana, hija l-Ftuħ tas-Sena Pastorali – attivita li permezz tagħha, nagħtu ħarsa ‘l quddiem lejn il-ħidma b’risq il-familja f’pajjiżna.

Din l-attivita’ saret nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru. It-tema kienet : Il-qagħda tal-familja illum u x’nixtiequ li tkun fis-snin li ġejjin.

Bħala introduzzjoni għal din il-laqgħa tkellem il-President, Dr Joe Cassar. Dr Cassar ħa silta minn dak li qal Papa Franġisku fl-egħluq tal-Jum Dinjiji tal-Familji li sar f’Ruma f’Ġunju li għadda. Huwa xebbaħ il-familja ma’ dagħjsa instabbli fi vjaġġ. Hekk huma l-familji tagħna speċjalment wara l-esperjenza kiefra tal-pandemija.

Fr Charles Attard, Direttur tal-Moviment ta’ Kana, ukoll tkellem fuq dak li għaddejjin minnu xi familji llum. Huwa ħa spunt minn dak li jiltaqgħu miegħu il-‘counsllors’ ta’Kana u qal li hemm ħafna fatturi li qed jaffettwaw b’mod negattiv lil ħafna famiji.

Dr Robert Tufigno tkellem dwar il-ħtieġa tal-edukazzjoni fil-famiji tagħna.

Is-sur Joe Mangion, ‘head of counselling’ fil-Moviment ta’ Kana, għamel riflessjoni fuq iċ-ċifri li ħarġu miċ-ċensiment tal-popolazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-familja.

Wara dawn id-diskorsi, il-parteċipanti preżenti inqassmu fi gruppi u ddiskutew bejniethom numru ta’ mistoqsijiet relatati mas-suġġett tat-tema.