Fl-Evanġelju tal-lum Ġesu jagħtina tifsira ta’ min hu Alla.

Grupp ta’ nies, Saduċej li ma kienux jemmnu fil-qawmien għall-ħajja, jagħmlu mistoqsija dwar waħda mara li romlot seba darbiet u ma kellhiex ulied.

Jistaqsuh: issa fil-qawmien mill-imwiet mart min tkun, għax is-seba jkunu iżżewwġuha?

Ġesu jwieġeb: “ Alla tagħna huwa Alla tal-ħajja”

Il-ħajja teżisti kull fejn hemm 

  • rabta, 
  • komunjoni, 
  • fratellanza;

u hija ħajja li tiżboq il-mewt dment li hi mibnija fuq relazzjonijiet veri u rabtiet ta’ fedeltà.  

Dan hu Alla tagħna…Alla tal-ħajja.

Dun Charles Attard